STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
B’referenza għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum mill-MUMN, il-Ministeru tas-Saħħa jixtieq isemmi xi punti li din l-istess union, għal raġunijiet magħrufa minnha biss, iddeċidiet li ma ssemmix.
Il-proċess ta’ trasferiment tal-infermiera mhuwiex xi ħaġa li jitmexxa mill-Ministru. Bl-esperjenza kollha tagħha, l-MUMN taf biżżejjed li filwaqt li l-politika u deċiżjonijiet rigward tmexxija jittieħdu fuq livell ta’ Ministeru, it-twettieq fattwali jittieħed imbgħad mill-amministrazzjoni. Biss, fl-attakki kontinwi tagħha fil-konfront tal-Ministru tas-Saħħa, l-MUMN iddeċidiet li tagħti l-impressjoni li huwa l-Ministru nnifsu li jqassam lill-infermiera.
L-MUMN, li tirrappreżenta l-infermiera u l-qwiebel, ma tafx, jew iddeċidiet li tinsa, li dan l-eżerċizzju jinkludi wkoll l-inklużjoni ta’ aktar minn 50 nursing officer ġdid fis-servizzi tas-saħħa.
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, wara l-allokazzjoni finanzjarja għal aktar minn 50 nursing officer ġdid, inbeda proċess biex jidentifika fejn hemm il-bżonn li jissaħħu s-servizzi tal-infermiera. Dan huwa proċess li, kif taf l-MUMN, jieħu l-ħin għax jinvolvi s-sistema kollha tas-saħħa preżenti.
L-MUMN naqset milli tgħid li dan il-proċess tafu sew. U dan għaliex l-MUMN stess qed tiġi kkonsultata u hija involuta!! Dan ifisser li l-MUMN hija nvoluta f’deċiżjonijiet dwar fejn se jiġu allokata in-nursing officers ukoll! Kulħadd jifhem li dan minnu nnifsu iġib miegħu żieda fil-ħin dedikat lill dan il-proċess. Sadattant l-MUMN stess taf ukoll li fil-jiem li ġejjijn in-nursing officers ser jiġu kkuntattjati b’mod individwali sabiex jiġi spjegat ir-rwol ġdid tagħhom u fejn se jkunu qed jaħdmu.
Il-Ministeru għall darb’oħra jinnota kif, f’isem l-infermiera u l-qwiebel, qed tintuża atitudni dispreġġjattiva fil-konfront tal-Ministru.
Fl-istess stqarrija l-MUMN, f’isem l-infermiera u l-qwiebel, iddeċidiet li tikkritika l-Ministru anke dwar id-diskors relatat mal-mod li bih intużaw, u se jintużaw, flus il-poplu sabiex is-servizz tas-saħħa jitjieb. Anke hawnekk, l-MUMN, injorat punt li fih il-Ministru ħabbar li huwa minstenni li s-sena d-dieħla jiggradwaw 250 infermier ġdid f’daqqa. L-MUMN ikkritikat diskors li fih intwera kif qed jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet, kif qed jiżdiedu dawk li urew interess f’karrieri fis-settur tas-saħħa, kif speċjalisti Maltin u barranin ta kalibru għoli qed jiġu jagħmlu operazzjonijiet f’pajjiżna, kif fl-Isptar Mater Dei qed isiru proċeduri ġodda, kif qed jissaħħaħ kull servizz, kif it-tobba Maltin qed jibqgħu jistudjaw f’pajjiżna u saħansitra issa anke tobba barranin qed jiġu jistudjaw Malta, u kif dan kollu, fost affarijiet oħra qed jiġi offrut lill-poplu b’xejn.
Fl-istess diskors issemma wkoll li matul din is-sena sa tmiem Novembru fl-isptar Mater Dei biss, ġew offruti l-fuq minn 9,000,000 servizz. Dan seta jsir biss grazzi għall-ħidma bieżla ta, fost oħrajn, l-infermiera.
Minkejja dan, u ħafna aktar inizjattivi li qed isaħħu fis-servizzi tas-saħħa, l-MUMN titkellem biss biex, f’isem l-infermiera u l-qwiebel, tinsulenta u tattakka il-persuna tal-Ministru tas-Saħħa.
Il-Ministeru jistaqsi jekk l-MUMN stess tapprezzax il-kontribut li l-infermiera u l-qwiebel qed jagħtu f’dan kollu. Kollox jindika li l-MUMN ma ħadet gost xejn tisma dwar il-passi ‘l quddiem li qed isiru fil-qasam tas-saħħa.
L-MUMN tidher ukoll li ma hi nkwetata xejn dwar il-fatt li sa issa l-Oppożizzjoni ma qalet xejn dwar il-pjanijiet għas-settur tas-Saħħa.
Il-Ministeru għalhekk jistqasi x’inhu l-iskop ta stqarrijiet bħall dawn minn naħa tal-MUMN. Sadattant il-Ministeru jibqa jistieden lill-MUMN għal imġieba denja tal-professjonijiet li tirrapreżenta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262014
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Dr George-Marius Hyzler, Maltes...
PR262013