Left arrow Mur Lura

BIEX L-ILMA JIBQA’ RIŻORSA SOSTENIBBLI

pr2269
Date Icon 23/11/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud żaru għalqa fejn kien għaddej il-proċess ta’ installazzjoni ta’ meter mal-borehole għal użu agrikolu.

Il-Ministru Pullicino spjega li mil-lum beda l-proċess ta’ installazjoni ta’ 3,500 meter ma’ sorsi tal-ilma ta’ taħt l-art, li jintużaw għal skop agrikolu. Wara l-installazzjoni tal-meters irid isir perjodu ta’ moniteraġġ tal-kwantità tal-ilma li jintuża fis-setturi kollha biex tinġabar stampa reali ta’ x’jiġi estratt mill-ilma tal-pjan.

Dan se jservi biex fil-każ ta’ sorsi li jintużaw għall-agrikultura jinħadmu kwoti biex il-bdiewa u r-raħħala tinħadmilhom allokazzjoni ta’ ilma bl-iskop li huma jkollhom aċċess għall-ilma li għandhom bżonn mingħajr ħlas. Il-Gvern fil-ħidma tiegħu biex l-ilma jibqa’ riżorsa sostenibbli jrid li l-bidwi jibqa’ jiġi mħares billi jkollu garanzija sostenibbli ta’ ilma filwaqt li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-agrikoltura.

L-Aġenzija tal-Pagamenti wettqet proċess fl-aħħar xhur fejn stiednet  lill-bdiewa u r-raħħala li kellhom is-sors tal-ilma tagħhom irreġistrat mal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi biex japplikaw ħalli jingħatalhom meter b’xejn li qed jiġi ffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropa taħt il-programm tal-Iżvilupp Rurali. Dan qed isir b’investiment ta’ €2 miljun biex ma jkunx hemm impatt negattiv fuq l-agrikoltura. Il-Gvern qed jgħin ukoll billi raħħas bin-nofs il-kirja li l-bidwi u r-raħħal irid iħallas fuq il-meters tad-dawl u tal-ilma. Għalhekk f’sena l-bidwi u r-raħħal se jibdew iħallsu €250 għaż-żewġ kirjiet li effettivamnet jiġi li qed iħallasu anqas minn dak li jħallsu illum għal kirja annwali tad-dawl biss.

Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern qed iwettaq azzjoni konkreta favur il-konservazzjoni tal-ilma. Sar proċess ta’ reġistrazzjoni tal-boreholes u l-ispejjer li wera li f’pajjiżna hawn mat-8,000 sors tal-ilma, daħal fis-seħħ moratorju fuq it-tħaffir ta’ aktar boreholes, daħal fis-seħħ proċess ta’ lliċenzjar għall-operaturi privati fis-settur tal-ilma, u permezz ta’ avviż legali maħruġ fl-2010 sar obbligu li kull borehole u spiera jkollha meter installat magħha għal skop ta’ moniteraġġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow