Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATA MALTIJA F’ATENI IMPENJATA F’ĦIDMA F’DIVERSI OQSMA.

pr2255
Date Icon 22/11/2011

Minkejja ċ-ċirkostanzi diffiċli li għaddejja minnhom il-Greċja, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Ateni baqgħet attivament impenjata f’ħidma fl-oqsma politiċi, kummerċjali, ekonomiċi u konsolari.

L-Ambaxxata żammet kuntatti regolari mal-Awtoritajiet Griegi sabiex seta’ jiġi assigurat li r-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi jkunu riflessi wkoll f’appoġġ skambjat fuq inizjattivi proposti, u kandidaturi preżentati, fil-fora internazzjonali. Peress li l-Ambaxxata f’Ateni hija akkreditata wkoll għal Ċipru, kuntatti simili nżammu wkoll mal-Awtoritajiet Ċiprijotti.

L-Ambaxxata estendiet l-assistenza tagħha sabiex jiġu faċilitati żjarat uffiċjali ta’ delegazzjonijiet Ministerjali, u oħrajn, fil-Greċja u f’Ċipru, kif ukoll żjara uffiċjali ta’ delegazzjoni Parlamentari mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati fil-Greċja.

B’konsultazzjoni mal-Malta Enterprise, mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u mas-sezzjoni marittima fi ħdan Transport Malta, l-Ambaxxata kienet impenjata biex tfittex opportunitajiet fl-oqsma rispettivi. L-Ambaxxata indirizzat ukoll numru konsiderevoli ta’ domandi għal informazzjoni li rċeviet mingħand investituri interessati jinvestu f’Malta, inkluż, b’mod partikolari, fis-setturi tal-enerġija u tal-farmaċewtika.  L-Ambaxxata pparteċipat ukoll f’attivitajiet organizzati mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Ateni u mill-International Propellor Club, li hi organizzazzjoni komposta minn sidien ta’ vapuri u yachts, bl-għan ewlieni li jiġu stabbiliti kuntatti siewja kummerċjali.

Fil-kamp kulturali l-Ambaxxata bħalissa tinsab f’kuntatti ma’ organizzazzjoni li tippromwovi attivitajiet kulturali fiċ-ċentru ta’ Ateni. L-għan ta’ dawn il-kuntatti huwa biex artisti Maltin jiġu inkoraġġati jippartecipaw f’espożizzjonijiet u attivitajiet oħra kulturali organizzati fil-kapitali Griega.

Fil-kamp konsolari l-Ambaxxata pprovdiet assistenza lil diversi ċittadini Maltin li ltaqgħu ma’ diffikultajiet waqt li kienu fuq żjarat fil-Greċja.  L-Ambaxxata kienet ukoll impenjata fl-ipproċessar ta’ aktar minn mitt applikazzjoni għall-visas li oriġinaw minn pajjiżi fejn Malta m’għandhiex rappreżentanza.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow