Left arrow Go Back

WIRJA TAL-AFFARIJIET TAL-ARTI LI SE JIĠU RKANTATI F’SANT’ANTON NHAR IL-ĦAMIS 1 TA’ DIĊEMBRU 2011 B’RISQ L-ISTRINA¬ MILL-QALB, 2011

pr2247
Date Icon 21/11/2011

“L-arti torbot lilha nnifisha mal-ġenerożità” dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu inawgura wirja tal-arti fil-Palazz il-Belt. Għall-President Abela, l-artist huwa ġeneruż għax jesprimi s-sentimenti qawwija tiegħu fix-xogħol tal-arti. Żied jgħid li f’okkażjoni bħal dik tal-lum naraw l-artist, ġeneruż għal darb’oħra, għax qed jinfired mix-xogħol tiegħu għall-karità, ġest wisq nobbli.

Il-wirja tinkludi 58 pittura u skultura mogħtija minn fost l-aqwa artisti Maltin u oħrajn barranin sabiex ikunu rkantati fl-1 ta’ Diċembru 2011 fil-Palazz ta’ Sant’Anton waqt irkant li jiftaħ sensiela ta’ attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi marbuta mal-Istrina. Dan jikludi xogħlijiet mill-isbaħ li jvarjaw ħafna: akwarelli, żejt fuq it-tila, skulturi tal-bronż u ċeramika b’temi astratti, kif ukoll oħrajn b’pajsaġġi u karatteristiċi Maltin jew oħrajn b’forom u kuluri varji. 

Il-wirja se tkun miftuħa kuljum inkluż is-Sibt u l-Ħadd sat-30 ta’ Novembru 2011. Fost il-kollezzjoni li l-kumitat organizzattiv immexxi minn Dott. Pascal Demajo, ġabar din is-sena nsibu wkoll numru ta’ artisti li mietu iżda li ġew mogħtija b’skop ta’ karità mill-familjari tagħhom bħal dawk ta’ Antoine Camilleri, Frank Portelli, Anton Agius, Victor Diacono, George Fenech, Vincenzo Maria Pellegrini u Victor T. Camilleri. Dan ikompli jżid il-livell fil-kwalità tal-opri tal-arti mogħtija għall-irkant ta’ din is-sena li huwa ogħla mis-snin ta’ qabel.

L-irkantatur is-Sur Joseph Sammut ta’ Belgravia Auction Gallery, għat-tielet sena konsekuttiva,  ser ikun qed imexxi l-irkant. Ġie ippubblikat katalgu sabiħ li jinkludi ritratt ta’ kull opra tal-arti u informazzjoni dwarha u dwar l-artist. Il-President irringrazzja lid-DOI u l-Istamperija tal-Gvern ta’ dan ix-xogħol tant sabiħ. Il-President Abela kellu wkoll kliem ta’ rikonoxximent għall-artisti u dawk kollha li b’xi mod għenu sabiex dan l-irkant iseħħ.

Dawk li jixtiequ jattendu għall-irkant jistgħu jagħmlu dan billi jakkwistaw invit permezz ta’ donazzjoni ta’ €25 mill-wirja fil-Palazz il-Belt jew mill-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund, il-Belt jew anke billi jibagħtu email fuq: christine.camilleri@gov.mt.  Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-fond: www.mccf.org.mt minn fejn ikun jista’ jiddawnlowdja l-katalgu  jew iċempel 99874068.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow