Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr2241
Date Icon 19/11/2011

‘‘Il-ħidma u l-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex qed tissarraf f’impjiegi u proġetti fl-oqsma soċjali, edukattivi, infrastrutturali u ambjentali fost l-oħrajn.” Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono bħala reazzjoni għal dak li ntqal illum mill-kelliema tal-Partit Laburista għal Għawdex. ll-kelliema tal-oppożizzjoni għażlu li jinjoraw dak kollu li ntqal fid-diskors tal-baġit fir-rigward tal-inizjattivi mwettqa sa issa mill-Ministeru għal Għawdex kemm taħt il-pjan ta’ azzjoni marbut ma’ eko-Għawdex kif ukoll proġetti oħra.   L-oppożizzjoni jidher li tiddejjaq bil-proġetti li jsiru f’Għawdex.

Taħt l-iskema Microinvest, sidien ta’ negozji żgħar u medji qed jinvestu aktar f’Għawdex biex joħolqu aktar impjiegi.  Waqt li jagħmlu dan qed jiffrankaw mill-income tax u meta jinvestu jew jimpjegaw aktar jistgħu jiffrankaw sa 25,000 ewro f’income tax jew tnaqqis ta’ 60%.  Sa issa 200 sid ta’ negozju f’Għawdex diġà bbenefikaw minn dan it-tnaqqis fl-income tax. Barraminhekk 150 intrapriża li jimpjegaw aktar minn 450 ħaddiem ibbenefikaw minn skema tal-ETC.  

Il-Gvern hu impenjat li l-pjan ta’ azzjoni dwar eko-Għawdex jitwettaq b’investiment ta’ 25 miljun ewro kif wiegħed dan il-Gvern.

Fl-aħħar snin, minbarra li żdiedu l-opportunitajiet edukattivi f’Għawdex fosthom fl-ITS fejn sar proġett ġdid; fl-MCAST u fiċ-Ċentru tal-Università f’Għawdex kien hemm żieda kontinwa fin-numru ta’ studenti li komplew bl-istudji terzjarji tagħhom kemm fl-Università ta’ Malta kif ukoll fl-MCAST u l-ITS kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Dan minbarra li fil-qasam edukattiv, l-istudenti subien fil-livell sekondarju qed jagħmlu użu minn skola ġdida bl-aqwa faċilitajiet bħalma huma workshops u laboratorji moderni.

Il-kelliema tal-oppożizzjoni għażlu li ma jirreferux għaż-żieda fl-allokazzjoni marbuta mal-allowance tal-istudenti Għawdxin f’Malta li mis-sena d-dieħla ser jingħataw l-istess għajnuna finanzjarja irrispettivament jekk ikunux qed jattendu korsijiet fl-Università jew inkella fl-istituzzjonijiet l-oħra. Għażlu li ma jirreferux għall-proġetti kbar li qed isiru fosthom dak fiż-Żewwieqa u t-tkomplija tat-triq li mix-Xewkija twassal sar-Rabat. Għażlu li ma jsemmux il-proġetti tat-Triq Ta’ Pinu u t-Triq tax-Xlendi li huma kompluti u dak tal-Villa Rundle li riesaq fi tmiemu. Għażlu li ma jammettux li qatt daqs illum Għawdex ma ra daqstant proġetti kbar mifruxa f’kull settur.  Il-Ministeru għal Għawdex ser jibqa’ jaħdem biex jitkattar aktar ġid għal Għawdex u l-Għawdxin kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow