Left arrow Go Back

MILL-ABBUŻ GĦALL-UŻU SOSTENIBBLI

pr2240
Date Icon 19/11/2011

17-il kamra mdaqqsa fil-kumpless ta’ dawk li kienu l-barracks ta’ Għajn Tuffieħa illum għaddew għand il-Bord tal-Park tal-Majjistral biex jiddawra f’ċentru tal-viżitaturi, u b’hekk ikunu qed jaqdu funzjoni soċjali u ambjentali.  “B’dan il-mod, qed insaħħu t-twemmin tagħna, li l-proprjeta tal-Gvern għandha tintuża bl-aqwa mod possibbli, b’modi sostenibbli, u li jħallu l-ġid socjali”.  Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt li kien qed jippresjedi ċerimonja qasira li waqtha saret devoluzzjoni ta’ 17-il-kamra mdaqqsa mingħand il-Gvern lill-Bord tal-Park tal-Majjistral.

Jason Azzopardi nnota li din id-devoluzzjoni setgħet issir, wara li f’dawn l-istess kmamar kienet saret azzjoni ta’ nfurzar mid-Dipartiment tal-Artijiet, biex reġgħu ġew f’idejn il-Gvern, hekk kif dawn kienu qed jintużaw minn persuni mhux mgħarufa.  Illum dawn il-kmamar ser jiddawru f’ċentru tal-viżitaturi li jilqa’ lil dawk kollu li jkunu ser iżuru l-Park tal-Majjistral.  Għalhekk proprjeta` tal-Gvern li ma kienitx qed tintuża sewwa, llum ser tgħaddi biex tibda taqdi funzjoni sostenibbli. Għalhekk dawn il-kmamar għaddew mill-abbuż għall-użu sostenibbli.

Intant is-Segretarju Paralmentari feraħ lill-membri tal-Bord tal-Park tal-Majjistral li kienu preżenti li fl-aħħar snin kemm ilu mwaqqaf, kien impenjat bix-xogħol biex dan il-park jibda jieħu s-sura tiegħu.  Fost dawn kien hemm studju dwar l-ispeċi tal-flora fil-park, studju ġeo-morfoloġiku taż-żona, twaqqaf l-aċċess ta’ vetturi fil-park, sar it-tindif tas-sit tax-Xagħra l-Ħamra u ġew imħawwla madwar 1000 pjanta. 

Ġew ikkordinati numru ta’ clean-ups matul is-sena, bil-parteċipazzjoni ta’ entitajiet differenti, inbnew ħitan tas-sejjiegħ, ġiet irrestawrat girna, Guard Post, u t-Torri ta’ Għajn Żnuber mill-Ministeru tar-Rizorsi u Affarjiet Rurali.  Qed jiġu organizzati passiġġati regolari għall-pubbliku u beda x-xogħol biex tiġi varata website għall-park fil-futur.

Jason Azzopardi ltaqa ukoll ma’ għadd ta’ impjegati tal-kumpanija PWC li illum kienu qed jagħmlu clean-up fl-istess kmamar li qed jgħaddu għand il-Bord tal-Park tal-Majjistral.  Huwa qal li din hija inizzjattiva mill-privat li tagħti sodisfazzjon għax tixhed sens ta’ volontarjat, rieda li jitwettaq ġid fil-ħin liberu.

Is-Segretarju Parlamentari feraħ lill-membri tal-Bord tal-Majjistral li stinkaw u ħadmu b’risq dan il-proġett, u awguralhom li jkomplu jwettqu xogħolhom  b’entużjazmu.

Il-Bord tal-Park tal-Majjistral huwa magħmul mill-Kummissarju tal-Artijiet, l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa  u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, flimkien mal-Gaia Foundation, Din l-Art Ħelwa u Nature Trust Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow