Left arrow Mur Lura

MIFTUĦA GĦALL-PUBLIKU RECYCLING ARTISTIC GALLERY.

pr2237
Date Icon 18/11/2011

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino dalgħodu fetaħ Recycling Artistic Gallery. Din hija l-ewwel darba li qed tittella’ wirja ta’ dan it-tip f’pajjiżna. Din il-wirja hija parti mill-proġett Care Creates Change in People’s Lives and the Environment li hu 85% ko-finanzjat  mill-Fond Soċjali Ewropew u 15% mill-Gvern ta’ Malta.

L-attività tar-Recycling Artistic Gallery qed tittella’ matul il-European Week for Waste Reduction. Pajjiżna qiegħed jieħu sehem matul din il-ġimgħa flimkien ma’ 19-il pajjiż ieħor madwar l-Ewropa bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza dwar l-importanza tat-tnaqqis tal-iskart.

Fost affarijiet oħra f’din il-wirja wieħed isib attivitajiet immirati għat-tfal u ż-żgħażagħ. Studenti li kienu qed isegwu t-taħriġ bħala parti mill-proġett Care Creates Change li qiegħed jiġi implementat fil-WasteServ TREE Centre f’Ħal Luqa, ippreparaw numru ta’ attivitajiet għat-tfal bħal ma’ huma puppet shows bit-tema fuq bullying u logħob magħmul minn materjal riċiklat. Attivitjiet għaż-żgħażagħ jinkludu wkoll wirja tal-ilbies u basktijiet magħmula wkoll minn materjal li kien ser jintrema, żfin kif ukoll esebizzjoni tal-Martial Arts.

Waqt din l-esebizzjoni qed jiġu organizzati wkoll numru ta’ seminars permezz tal-proġett Pre-Waste bil-għan li l-pubbliku jkun edukat fuq il-ħela tal-ikel. F’dawn is-seminars ta’ siegħa l-wieħed ser tingħata informazzjoni prattika dwar kif wieħed għandu jiffriża l-ikel, isajjar bil-qies, u jutilizza ikel żejjed f’riċetti ġodda. Matul din l-attività ser jitqassam ktejjeb b’informazzjoni utli dwar dan is-suġġett.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jattendi għal din il-wirja ta’ xogħlijiet f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi u jieħu l-esperjenza tal-proġett Care Creates Change. L-esperjenza ta’ dan il-proġett li hu ppreżentat f’din r-Resource Artistic Gallery, ifakkarna li jeħtieġ ikollna għal qalbna kemm il-persuna kif ukoll l-ambjent ta’ madwara. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma s-Sibt 19 ta’ Novembru bejn l-10am u 6pm u l-Ħadd 20 ta’ Novembru mill-10am sas-1pm

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow