ĦRUĠ TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN – NOVEMBRU 2011
Kien hemm domanda qawwija mill-pubbliku kif ukoll mill-investituri finanzjarji għall-aħħar ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern ta’ Novembru 2011, li jinkludi żewġ Stocks b’Rata ta’ Mgħax Fissa u Stock b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja.
Sad-dati tal-għeluq fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa 16 ta’ Novembru, 2011 u f’nofsinhar tal-Ġimgħa 18 ta’ Novembru 2011, it-Teżor kien irċieva dawn l-applikazzjonijiet/offerti:
Stocks tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa
5,525 applikazzjoni/offerti b’irkant b’valur nominali ta’ ’l fuq minn Euro 295 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ Euro 100 miljun (suġġett għal Dritt li jiżdied l-istock b’massimu ta’ Euro 44 miljun).
It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta kif ġej:
Applikazzjonijiet/Offerti sottomessi | Allokazzjoni | ||
Membri tal-pubbliku/ Istituzzjonijiet Finanzjari | Membri tal-Pubbliku | Istituzzjonijiet Finanzjarji (Irkant) | |
Nominali (€) | Nominali (€) | Nominali (€) | |
4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2017 (III)FI offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €103.75 | 107,421,900 | 16,070,900 | 3,000,000 |
MGS 5.2% 2031 (I) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €100.75 | 187,637,000 | 118,036,900 | 6,880,000 |
It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet magħmula mill-membri tal-pubbliku li laħqu l-ammont ta’ Euro 134,107,800 se jintlaqgħu kollha.
Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax li Tvarja
It-Teżor irċieva 11 –il offerta li l-valur tagħhom laħaq l-ammont ta’ Euro 44.5 miljun meta l-ammont maħruġ kien ta’ Euro 24 miljun.
It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta kif ġej:
Applikazzjonijiet/Offerti sottomessi | Allokazzjoni | ||
Membri tal-pubbliku/ Istituzzjonijiet Finanzjari | Membri tal-Pubbliku | Istituzzjonijiet Finanzjarji (Irkant) | |
Nominali (€) | Nominali (€) | Nominali (€) | |
4.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2017 (III)FI offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €103.75 | 107,421,900 | 16,070,900 | 3,000,000 |
MGS 5.2% 2031 (I) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €100.75 | 187,637,000 | 118,036,900 | 6,880,000 |
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en