IMĦABBRA BIDLA FIT-TMEXXIJA TAL-KORPORAZZJONI ENEMALTA
Is-Sur Louis Giordimaina ġie maħtur bħala Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta b’effett immedjat. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Fenech esprima l-awgurju tiegħu għall-ħidma tas-Sur Giordimaina, f’perjodu ta’ sfidi importanti għall-Korporazzjoni, fosthom l-investimenti importanti li qed tagħmel fl-estensjoni tal-Power Station u l-interconnector ma’ Sqallija.
Is-Sur Giordimaina huwa Direttur f’Lufthansa Technik Malta, fejn serva wkoll bħala Kap Eżekuttiv għal dawn l-aħħar għaxar snin.
Il-Ministru Fenech irringrazzja lill-Inġinier Karl Camilleri tal-impenn u l-ħidma tiegħu matul l-aħħar snin fit-tmexxija tal-Korporazzjoni Enemalta.
Il-Ministru rringrazzja wkoll lil William Spiteri Bailey li okkupa l-kariga ta’ Acting Chairman tal-istess Korporazzjoni fl-aħħar xhur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en