Left arrow Go Back

IL-MALTIN IĦARSU LEJN IT-TURKIJA BĦALA SUQ ĠDID TA’ NEGOZJU

pr2225
Date Icon 18/11/2011

Il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul ħadem sabiex jagħmel lil Malta viżibbli f’Istanbul, l-akbar Belt Torka u ċ-Ċentru Finanzjarju tal-pajjiż.

Dan sar permezz ta’ intervisti li ngħataw u qegħdin jingħataw biex jiġu promossi l-gżejjer Maltin. Il-Konslu Ġenerali jattendi regolarment laqgħat tal-Konsli Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, laqgħat Konsulari, laqgħat ta’ ko-operazzjoni taż-Żona Schengen, Ċerimonji Uffiċjali u Riċevimenti Uffiċjali.   

Il-Konsulat Ġenerali jżomm kuntatt regolari ma’ ċittadini Maltin li jgħixu ġewwa t-Turkija kif ukoll ma’ ċittadini Maltin li jżuru t-Turkija. Il-Konsulat jassisti delegazzjonijiet uffiċjali u ta’ negozju meta dawn iżuru l-pajjiż. Delegazzjonijiet tal-linja tal-Ajru Nazzjonali, l-Air Malta, ġew milqugħa regolarment mill-Konsulat Ġenerali. L-istess sar ma’ delegazzjonijiet oħrajn Maltin ta’ negozju. Il-Konsulat Ġenerali provda ukoll assistenza lil negozji Maltin li wrew interess li jimpurtaw jew jesportaw mit-Turkija. 

Il-Konsulat Ġenerali kien attiv fl-oqsma tal-Edukazzjoni u l-Kultura. Il-Konsulat Ġenerali laqa’ delegazzjoni ta’ ħames studenti Maltin li żaru Istanbul biex jipparteċipaw f’Konferenza bit-tema Parlament Ewropew Mudell. Fil-bidu tal-2011, fuq inizjattiva tal-Konsulat Ġenerali ġie stabbilit kuntatt bejn id-Direttorat tal-Arti Drammatika ta’ Istanbul Kapitali tal-Kultura 2010 u t-Tmexxija tal-Kumitat Inter Minsiterjali responsabbli għal Malta 2018. Dan irriżulta fi spettaklu ta’ żfin f’żewġ atti fuq il-ħajja tal-leġġendarju Ammirall Ottoman Barbarossa fl-edizzjoni tal-Malta Arts Festival liema edizzjoni ttellgħat f’Lulju 2011 fil-Ġonna tal-Argotti.  

Fir-rigward tal-industrija tat-tagħlim tal-Ingliż ġewwa Malta, il-Konsulat Ġenerali ħa l-inizjattiva li jikkordina żjara ta’ familjarizzazzjoni għal numru ta’ membri tal-UED (l-Assoċjazzjoni Torka ta’ Konsulenti Edukattivi)  biex iżuru Malta. Din l-inizjattiva saret b’kollaborazzjoni mal-MTA (L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu) u l-FELTOM (Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet tat-Tagħlim tal-Ingliż f’Malta). Il-Konsulat regolarment laqgħa membri tal-UED sabiex jissaħħaħ aktar il-profil ta’ Malta bħala destinazzjoni edukattiva u ta’ tagħlim lingwistiku. 

Sa minn meta twaqqaf il-Konsulat Ġenerali f’Marzu 2009, il-Konsulat kien strumentali biex żdied n-numru ta’ applikazzjonijiet ta’ ċittadini Torok għal viżi li jżuru Malta fuq btala jew negozju. F’ dawn l-aħħar tnax–il xahar, in-numru ta’ applikazzjonijiet ħa qabża l-fuq u huwa mistenni li jkun hemm aktar żieda. Il-Konsulat Ġenerali serva u qiegħed iservi ta’ ħolqa għall-industrija marittima ta’ bejn Malta u t-Turkija. Dan qed ikompli jsaħħaħ il-preżenza ta’ Malta ġewwa dan il-pajjiż kbir li għandu numru konsiderevoli ta’ vapuri reġistrati f’pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow