L-ONOR. JASON AZZOPARDI JIPPRESJEDI L-FINALI TAL-KOMPETIZZJONI GĦALL-AĦJAR PJAN TA’ NEGOZJU
Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet il-bieraħ ippresjeda l-finali tal-Kompetizzjoni għall-Aħjar Pjan ta’ Negozju (Best Business Plan Competition) imtellgħa mill-Junior Chamber International. Huwa qal li l-imprenditorija u l-innovazzjoni huma uħud mill-iprem ċwievet li jkabbru l-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan il-Gvern jafu, u għalhekk huwa impenjat biex iħeġġeġ is-sens ta’ imprenditorija fost iż-żgħażagħ anke minn età ċkejkna, biex insaħħu l-intrapriża ta’ pajjiżna. Huwa saħaq li dan isir għax in-negozji ta’ kull daqs, anke l-iżgħar, u ta’ kull settur, huma spiss l-ko-awturi tas-suċċessi ta’ pajjiżna.
Is-Sostenn tal-Gvern jasal għand in-negozji żgħar u medji bl-iżjed mod konkret u fattwali. Entrepreneurship through Education offriet €100,000 għal skejjel biex iħeġġu l-imprenditorija fiż-żgħażagħ. Dawn ħarġu bi proġetti innovattivi, li fetħulhom tieqa għad-dinja tan-negozju. L-iskema MicroINVEST li permezz tal-Budget 2012 ġiet estiża għal sena oħra, ħafret it-taxxa lil negozji żgħar li investew fin-negozju tagħhom. Dan biex inkoraġġejna l-investiment, u ħloqna x-xogħol. Din l-iskema waħeda gawdew minna 700 negozju, li impjegaw madwar 300 persuna. Il-MicroCREDIT tagħti loans b’rati vantaġġjużi lin-negozji żgar u medji, biex tgħinhom jibdew proġetti innovattivi, u jidħlu għal swieq ġodda filwaqt li fil-Budget 2012, ġie mħabbar ukoll li l-Gvern ser ikun qed joffri garanziji għal dawk in-negozji żgħar u medji biex jinvestu. Dan biex jiġu mħeġġa iżjed negozji żgħar jinvestu, u joħolqu x-xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en