Left arrow Go Back

L-ONOR. JASON AZZOPARDI JIPPRESJEDI L-FINALI TAL-KOMPETIZZJONI GĦALL-AĦJAR PJAN TA’ NEGOZJU

pr2223
Date Icon 18/11/2011

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet il-bieraħ ippresjeda l-finali tal-Kompetizzjoni għall-Aħjar Pjan ta’ Negozju (Best Business Plan Competition) imtellgħa mill-Junior Chamber International.  Huwa qal li l-imprenditorija u l-innovazzjoni huma uħud mill-iprem ċwievet li jkabbru l-ekonomija ta’ pajjiżna.  Dan il-Gvern jafu, u għalhekk huwa impenjat biex iħeġġeġ is-sens ta’ imprenditorija fost iż-żgħażagħ anke minn età ċkejkna, biex insaħħu l-intrapriża ta’ pajjiżna.   Huwa saħaq li dan isir għax in-negozji ta’ kull daqs, anke l-iżgħar, u ta’ kull settur, huma spiss l-ko-awturi tas-suċċessi ta’ pajjiżna. 

Is-Sostenn tal-Gvern jasal għand in-negozji żgħar u medji bl-iżjed mod konkret u fattwali.  Entrepreneurship through Education offriet €100,000 għal skejjel biex iħeġġu l-imprenditorija fiż-żgħażagħ.  Dawn ħarġu bi proġetti innovattivi, li fetħulhom tieqa għad-dinja tan-negozju.  L-iskema MicroINVEST li permezz tal-Budget 2012 ġiet estiża għal sena oħra, ħafret it-taxxa lil negozji żgħar li investew fin-negozju tagħhom.  Dan biex inkoraġġejna l-investiment, u ħloqna x-xogħol.  Din l-iskema waħeda gawdew minna 700 negozju, li impjegaw madwar 300 persuna.  Il-MicroCREDIT tagħti loans b’rati vantaġġjużi lin-negozji żgar u medji, biex tgħinhom jibdew proġetti innovattivi, u jidħlu għal swieq ġodda filwaqt li fil-Budget 2012, ġie mħabbar ukoll li l-Gvern ser ikun qed joffri garanziji għal dawk in-negozji żgħar u medji biex jinvestu.  Dan biex jiġu mħeġġa iżjed negozji żgħar jinvestu, u joħolqu x-xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow