Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-EDUKAZZJONI TIPPREMJA R-REBBIEĦA TAL-PRESIDENT’S AWARD

pr2205
Date Icon 16/11/2011

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, dalgħodu qassmet midalja tal-fidda u l-bronż lil numru ta’ żgħażagħ rebbieħa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-President’s Awards.  Iċ-ċerimonja saret fil-Headquarters tal-iScouts fil-Furjana u għaliha attenda wkoll il-Prinċep Edward li ġie Malta apposta għal din l-okkażjoni.

Il-Prinċep u l-Ministru Cristina żaru esibizzjoni tal-proġetti sottomessi għall-kompetizzjoni ta’ din is-sena u tkellmu mal-istudenti li ħadmu fuq dawn il-proġetti.

F’diskors qasir li għamlet il-Ministru Cristina faħħret din l-inzjattiva u ddeskrivitha bħala waħda li tgħin liż-żgħażagħ fl-iżvilupp tagħhom u tagħtihom ukoll l-opportunità li jagħmlu ħidma volontarja b’risq il-komunità jew persuni vulnerabbli. Il-President’s Award tagħti wkoll valur lill-edukazzjoni informali u mhux formali.  Dan hu aspett importanti ħafna u f’pajjiżna diġà beda proċess biex din it-tip ta’ edukazzjoni tkun rikonoxxuta fil-qafas tal-kwalifiki. 

Il-Ministru rringrazzjat ukoll lill-organizatturi tal-President’s Award għax-xogħol siewi li jagħmlu kif ukoll lill-għalliema u leaders li jiggwidaw liż-żgħażagħ li jipparteċipaw f’din l-inizjattiva u jinkoraġġuhom fix-xogħol tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow