STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
pr2201
15/11/2011
Waqt investigazzjoni ta rutina minn uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, instab il-mikrobu tal-leġjonella f’parti mis-sistema tal-ilma fl-Isptar Boffa.
Kif isir f’każijiet ta’ din ix-xorta, ttieħdu minnufih il-prekawzjonijiet kollha neċessarji u ngħalqet dik il-parti tas-sistema fejn instab il-mikrobu. Għalkemm il-kontaminazzjoni nstabet biss f’parti waħda tas-sistema tal-ilma, is-sistema kollha tal-ilma ġiet trattata.
Ser jittieħdu aktar kampjuni tal-ilma fil-ġranet li ġejjin sabiex is-sistema tal-ilma tibqa’ tiġi sorveljata.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en