Left arrow Go Back

BINI TA’ ĠIBJUN TAL-ILMA FIL-MUNXAR IFFINANZJAT MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr2197
Date Icon 14/11/2011

Fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Munxar, fejn isiru diversi attivitajiet soċjali, kulturali, reliġjużi u sportivi jinsab għaddej xogħol fuq il-bini ta’ ġibjun tal-ilma li qed isir b’finanzjament ta’ madwar €43,600 mill-Ministeru għal Għawdex permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Għaqdiet Mhux Governattivi, marbuta mal-pjan ta’ azzjoni ta’ eko-Għawdex 2010-2012. Dan il-finanzjament ikopri wkoll il-makkinarju meħtieġ biex dan l-ilma ikun jista’ jintuża għal skopijiet agrikoli kif ukoll fir-residenzi tal-lokalità.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono żaret is-sit fejn jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-ġibjun li ser jaħżen sa madwar 400 metru kubu ta’ ilma tax-xita. Filwaqt li faħħret din l-inizjattiva, il-Ministru għal Għawdex saħqet dwar l-importanza ta’ ħażna akbar u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xita f’Għawdex. Il-Ministru Debono qalet li l-ilma huwa riżors ewlieni li qed jingħata prominenza fil-ħidma tal-gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Żiedet tgħid li dan il-proġett huwa ħolqa oħra fil-katina ta’ proġetti li mistennija jżidu l-kapaċità li jinġabar ilma tax-xita b’mod sostanzjali. Hija sostniet li dawn il-proġetti ser iwasslu biex issir inqas pressjoni fuq il-water table. Il-Ministru Debono rreferiet għall-programm ta’ tindif ta’ widien mill-Ministeru Għawdex fejn ġew imnaddfa 8 ilqugħ tal-ilma li jinsabu f’widien madwar Għawdex.  Hija qalet li dawn il-proġetti ta’ konservazzjoni tal-ilma ser ikunu jfissru ħażna ikbar tal-ilma tax-xita fix-xhur tax-xitwa, li jista’ jintuża għall-agrikoltura kif ukoll għall-użu domestiku.

L-Onor. Giovanna Debono qalet li permezz tal-istess skema, il-lokalità tal-Munxar ser tkun qed tibbenifika minn diversi proġetti oħra li jinkludu installazzjoni ta’ sistema ta’ elettriku li taħli inqas enerġija fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Munxar kif ukoll fil-grawnd, u installazzjoni ta’ pannelli ta’ informazzjoni fit-Torri tax-Xlendi.

Bħalissa f’Għawdex jinsabu għaddejjin proġetti oħra relatati mal-ħażna tal-ilma li jinkludu l-bini ta’ 8 ġibjuni minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali Għawdxin permezz taż-żewġ skemi ta’ eko-Għawdex; ir-restawr ta’ ġibjuni fi proprjetajiet tal-gvern u l-bini ta’ ġibjuni ġodda f’għadd ta’ proġetti f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow