Left arrow Mur Lura

KULĦADD GĦANDU JKUN JAF X’INHU L-LIVELL TAZ-ZOKKOR FID-DEMM TIEGĦU

pr2194
Date Icon 14/11/2011

“Id-Dijabete hi kundizzjoni li jekk ma tkunx ikkontrollata twassal għal diversi kumplikazzjonijiet.  Għalhekk m’għandniex nistennew xi kampanja biex naraw x’inhu l-livell taz-zokkor fid-demm tagħna, iżda huwa importanti li nieħdu azzjoni minnufih, u nħeġġu lil ta’ madwarna biex jagħmlu l-istess.”

Dan qalu l-Onor Joe Cassar, Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali kontra d-Dijabete.  Huwa qal li minn riċerka li saret jirriżulta li f’pajjiżna hawn 11.8 fil-mija tal-popolazzjoni adulta li għandha d-dijabete.  Il-Ministru qal li għalhekk ġiet organizzata kampanja nazzjonali bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar id-dijabete u fl-istess waqt jagħmel it-test sabiex jara jekk għandux iz-zokkor jew le.

Kienu mijiet il-persuni li minn nhar il-Ġimgħa sa’ llum għamlu t-test taz-zokkor fl-attivitajiet li saru apposta matul dawn il-jiem.  Inizjattiva oħra li ttieħdet kienet is-sehem ta’ Malta fil-Blue Monument Challenge, li involviet aktar minn 45 pajjiż li matul dawn il-jiem xegħlu monumenti u binjiet nazzjonali bil-kulur blu, il-kulur sinonimu mad-dijabete.

Il-Forti Manoel, is-Sacra Infermeria u l-Monument tal-Gwerra huma tliet postijiet li matul dawn il-jiem qed jinxtegħlu blu, f’inizjattiva li għandha l-iskop li tqajjem aktar interess fil-kundizzjoni tad-dijabete.

Il-Ministru qal li permezz tal-Kura Primarja, il-Gvern joffri diversi servizzi relatati, ilkoll intiżi biex wieħed l-ewwel nett ikun jaf x’inhi d-dijabete, jekk għandux id-dijabete u wkoll kif jieħu ħsieb din il-kundizzjoni.  Joe Cassar qal li l-ġlieda kontra d-dijabete ma tistax tibda u tispiċċa mill-Ministeru tagħna.  L-impenn irid ikun ġej minn kulħadd.  L-istil ta’ ħajja tal-individwu tiddependi l-ewwel nett mill-individwu nnifsu imma anke minn dawk ta madwaru.  Dan jinkludi x’tip ta’ ikel nieklu, kemm id-dar u anke x-xogħol, u anke kif ngħixu l-ħajja ta’ kuljum tagħna.  Huwa importanti ħafna li nagħmlu check-up regolari ta’ saħħitna. 

Il-Professur Stephen Fava, Kap tad-Diabetes and Endocrine Centre tal-Isptar Mater Dei qal li l-poplu Malti jiekol anqas ħaxix minn popli oħra u dan qiegħed jirrifletti fiż-żieda ta’ persuni li għandhom id-dijabete.  Hu qal li l-prevenzjoni għandha aktar minn livell wieħed, b’dak primarju jkun li tiġi evitata d-dijabete imma wkoll dwar kif wieħed jgħix bid-dijabete u jevita kumplikazzjonijiet relatati.

Dwar l-ikel, Prof. Fava qal li huwa importanti li ndarru lit-tfal jieklu aktar ħaxix u  li jkollhom dieta bilanċjata.  Dan għaliex huwa aktar faċli li wieħed jibqa’ jiekol hekk meta jikber, filwaqt li, minkejja li mhux impossibbli, huwa aktar diffiċli li jinbidlu d-drawwiet f’eta’ avvanzata.

Il-Ministru Joe Cassar qal li jekk ma tkunx kontrollata, id-dijabete hija kundizzjoni li taffettwa l-organi kollha tal-ġisem u allura l-kumplikazzjonijiet li ġġib magħha jafu jkunu aktar gravi minn dawk ta’ kundizzjonijiet kroniċi oħra.  Il-Ministru rringrazzja lil dawk l-organizzazzjonijiet li ngħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta’ blood glucose monitoring u informazzjoni matul dawn il-tliet ijiem.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow