Left arrow Mur Lura

37 UFFIĊJAL PUBBLIKU ITEMMU B’SUĊĊESS KORS GĦAL SEGRETARJI EŻEKUTTIVI F’KUNSILLI LOKALI

pr2192
Date Icon 14/11/2011

37 uffiċjal pubbliku ikkwalifikaw biex jaħdmu bħala Segretarji Eżekuttivi f’Kunsilli Lokali wara li segwew kors ta’ taħriġ intensiv ta’ 48 siegħa mifrux fuq 12-il sessjoni differenti.  It-taħriġ tfassal mit-Taqsima għat-Taħriġ u r-Riżorsi Umani fi ħdan id-Dipartiment tal-Gvern Lokali bil-kollaborazzjoni tas-Centre for Development, Research and Training fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan kien iffukat fuq ħames oqsma ewlenin fosthom ir-rwoli tal-istakeholders fil-Gvern Lokali, l-aspetti legali u ta' tmexxija amministrattiva, is-sistema tal-finanzi, offerti pubbliċi u sejħiet għall-offerti, ir-relazzjoni mal-klijenti u mal-komunità, u l-iżvilupp ta’ strateġija u ħiliet fil-management.
Fi tmiem l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said qassam ċertifikati lill-parteċipanti li temmew il-kors b’suċċess. Fid-diskors tiegħu hu saħaq li r-rwol tas-Segretarji Eżekuttivi hu wieħed importanti fil-qasam tal-Gvern Lokali f'pajjiżna u kien għalhekk li l-Gvern ħass li kellu jsaħħaħ din il-pożizzjoni sew mill-aspett leġislattiv u anki fejn jidħlu kundizzonijiet ta’ impjieg.

L-ikbar sforz li qed isir mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali hu dak relatat mat-taħriġ tant li fi ħdanu twaqqfet taqsima apposta li qed tiffoka fuq strateġija ta’ taħriġ kontinwu, ippjanat u professjonali.  It-taħriġ mhux qed jingħata lis-Segretarji Eżekuttivi jew lill-impjegati tal-Kunsilli Lokali biss, iżda wkoll lill-kunsilliera li jiġu eletti demokratikament biex iservu lill-komunitajiet tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li s-Segretarju Eżekuttiv f’Kunsill Lokali hu uffiċjal pubbliku li għandu obbligi lejn amministrazzjoni ġusta u effiċjenti. Irid jassigura li l-Kunsill Lokali jimxi skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi għaliex dawn joperaw f’qafas legali u huma sostnuti b’fondi pubbliċi.

Hu semma wkoll li għall-ewwel darba, is-sejħa għal Segretarji Eżekuttivi kienet mifruxa għas-settur pubbliku u kien hemm skrivani mill-Kunsilli Lokali fi skala 11 kif ukoll ħaddiema oħra f’entitajiet governattivi li applikaw u kkwalifikaw b’suċċess.

Fl-aħħarnett hu rringrazzja lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali b’mod partikolari lit-taqsima għat-taħriġ li qed taħdem bla heda biex toffri t-taħriġ u l-ħiliet neċessarji lil Segretarji u Kunsillieri  sabiex jagħmlu xogħolhom aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow