IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JIRRITRONAW LURA MALTA WARA ZJARA F’LONDRA
Illum wara nofs inhar il-President u s-Sinjura Abela rrittornaw lura Malta minn zjara gewwa Londra fejn l-iskop ewlieni kien li jzuru il-pazjenti Maltin li qed jiehdu kura gewwa diversi sptarijiet f'Londra. Tul din il-gimgha il-President u s-Sinjura Abela flimkien mad-delegazzjoni gew milqughha mis-sorijiet Frangiskani tal-qalb ta' Gesu. Tul iz-zjara kienu akkumpanjati mill-Kummissarju Gholi ghall-Malta fl-Ingilterra, is-Sur Joe Zammit Tabona.
Il-President u s-Sinjura Abela kellhom l-opportunita' jiltaqghu mal-pazjenti Maltin li qed jiehdu l-kura f'diversi sptarijiet fosthom The National Hospital, Great Ormond Street Hospital, Royal Marsden Hospital u Kings College Hospital. Zaru wkoll lis-sorijiet tal-Ursolini, lis-sorijiet Agostinjani u lill-Patrijiet Frangiskani li jaghtu hafna sapport lill-pazjenti Maltin.
"Din hija it-tielet sena li jien u marti Margaret qed naghmlu din iz-zjara lill-pazjenti Maltin li jkollhom bzonn kura gewwa l-isptarijiet ta' Londra. Din iz-zjara tghinna sabiex nifhmu it-tbatijiet li jghaddu minnhom dawn il-pazjenti meta jkollhom ihallu kollox inkluz il-familja u jigu hawn ghall-kura. Barra minn hekk inkunu ta' spalla u sapport ma dawn hutna. It-tbatija ma tkunx biss tal-Marda imma problemi ohra li jinqalghu fosthom problemi finanzjarji kif wkoll is-sofferenzi li dawn il-pazjenti jkunu l-boghod mill-familji taghhom ghall-granet, gimghat, xhur u hemm kazijiet li anki snin" Dan qalu il-President George Abela waqt li l-bierah kixef irhama kommemorattiva fl-okkazzjoni tat-tqeghid tal-ewwel gebla f'art li Puttinu Cares Foundation fi zmien sena jkunu bnew tnax il-appartament gewwa Sutton, Londra sabiex jakkomodaw b'xejn lill-pazjenti li jmorru Londra ghall-kura.
"Il-Pazjenti qed jigu meghjuna b'mod holistiku : Puttinu joffri l-akkomodazzjoni ghalhekk inhasset il-htiega li jizdied in-numru ta' appartamenti, u l-Malta Community Chest Fund isostni lill-pazjent u lill-qraba tieghu li jakkompanjawh fil-htigijiet kollha li jkollhom bzonn waqt li qedghin Londra. Kemm huwa importanti li l-Ghaqdiet u l-Istituzzjoniet taghna jahdmu flimkien sabiex jintlahaq l-istess ghan : dik li jtaffu it-tbatija tal-Pazjenti u jkomplu jikkontribwixxu lejn l-izvilupp tas-socjeta' taghna.
Ma nistax ma nsemmix kemm hu generuz il-poplu Malti li meta nsejjhulu sabiex jaghti id-donazzjonijiet tieghu, ikun pront u jaghti minn dak li jista'. Din l-ghajnuna tissaraf f'appogg f'waqtu ghal min qed ibati." zied jghid il-President Abela.
Fiz-zjajjar li l-President u s-Sinjura Abela jaghmlu fl-isptarijiet gewwa Londra, minbarra li jiltaqghu mal-pazjenti, jkollhom l-opportunita' wkoll li jiltaqghu mat-tobba u l-konsulenti li jiehdu hsieb lil morda. Dawn jispjegaw fuq id-diversi trattamenti u interventi li jsiru. Il-Malta Community Chest Fund taghti donazzjoni f'kull sptar u din tikkontribwixxi li l-pazjenti Maltin jinghataw l-attenzjoni li tixraqilhom.
Fl-okkazzjoni tat-tqeghid tal-ewwel gebla ghall-appartamenti f'Sutton, akkompanjaw lill President u s-Sinjura Abela, il-ministru tas-Sahha l-Onorevoli Joe Cassar, Il-Kummissarju Gholi ghal Malta fl-Ingilterra is-Sur Joe Zammit Tabona, is-Sinjura Kate Gonzi u s-Sinjura Michelle Muscat.
Fi tmiem ic-cerimonja il-President George Abela rringrazzja lil voluntiera kollha li qed jaghmlu tant xoghol fil-fondazzjoni Puttinu Cares u pprezenta donazzjoni ta' 45elf ewro mill-Malta Community Chest Fund lil Dr Calvagna ic-Chairperson ghall-Fondazzjoni Puttinu Cares.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en