Left arrow Mur Lura

IL-GVERN JGĦIN BIEX KUNSILLI LOKALI U NGOS JASSORBU €17.5 MILJUN F’FONDI EWROPEJ

pr2183
Date Icon 12/11/2011

Fit-tliet snin li għaddew il-Gvern għen Għaqdiet Mhux Governattivi u Kunsilli Lokali jassorbu €17.5 miljun f’fondi Ewropej biex iwettqu 80 proġett jew inizjattiva differenti  Dan għamlu billi pprovdilhom madwar €2 miljuni permezz tal-Fondi ta’ Ko-Finanzjament amministrati mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali.  Dawn il-flus jagħmlu tajjeb għall-parti tal-finanzjament li jkunu jridu jinħarġu mill-Kunsilli Lokali u l-NGOs rispettivament meta jakkwistaw fondi Ewropej għall-proġetti tagħhom.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Chris Said u li matulha ngħataw dettalji dwar il-proġett ‘The CAP – Constructing a Resalient Future’ li jinvolvi l-iżvilupp ta’ sistema agrikola organika u sostenibbli u t-tixrid ta’ informazzjoni dwarha. Il-proġett qed isir fil-limiti tal-Baħrija bi sħab bejn il-Permaculture Research Foundation, il-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-MEUSAC. Il-finanzjament Ewropew inkiseb mid-DG Agriculture and Rural Development tal-UE u mill-Fondi ta’ Ko-Finanzjament tal-Gvern Malti.

Il-Permaculture hi tip ta’ biedja organika, żviluppata f’dawn l-aħħar 30 sena u llum tiġi pprattikata f’madwar 100 pajjiż differenti. Hi intiża biex il-bniedem jinteraġixxi f’armonija mal-pajsaġġ ta’ madwaru u fl-istes ħin jissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu. Is-sistema tal-permaculture hi applikabbli għal zoni rurali u urbani, klimi differenti, u għal reġjuni ta’ daqsijiet differenti.

Peppi Gauci mill-Permaculture Research Foundation spjega li bħala parti mill-proġett qed jiġu organizzati korsijiet u workshops biex iż-żgħażagħ li jgħixu f’żoni urbani, jiġu f’kuntatt dirett man-natura. Isiru wkoll żjarat minn tfal tal-iskola u jingħata tagħlim dwar il-prinċipji u t-tħaddim ta’ eko-sistemi.  Barra minn hekk rappreżentanti tal-Fondazzjoni qed jieħdu sehem f’diversi attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali fosthom Żejt iż-Żejtun, Notte Bianca, ir-Rabat Arts Festival u l-Fiera tal-Qargħa Ħamra fil-Manikata.

Bħala NGO, il-Permaculture Research Foundation sfruttat l-għajnuna tal-MEUSAC. Il-Kap (Desinjat) tal-Funding Unit tal-MEUSAC Alison Camilleri qalet li fis-snin li għaddew il-MEUSAC għen Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet oħra biex inkisbu madwar €12-il miljun għal 82 proġett differenti.  Hi spjegat ukoll li bħalissa hemm diversi proġetti li ddaħħlu wara li ngħatat l-għajnuna tal-MEUSAC u li għadhom qed jiġu evalwati.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħar ir-rwol tal-MEUSAC fil-kisba ta’ miljuni ta’ ewro f’finanzjament Ewropew u fisser l-impenn tal-Gvern li jkompli joffri l-għajnuna, mhux biss finanzjarja, biex entitajiet Maltin ifasslu proġetti tajbin u jakkwistaw il-finanzjament Ewropew biex jimplimentawhom.  Hu appella lil aktar Kunsilli Lokali u NGOs biex jikkollaboraw aktar sabiex jakkwistaw fondi Ewropej u jagħmlu proġetti ta’ importanza b’risq il-lokalitajiet tagħhom.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mis-Sindku tar-Rabat Alexander Craus. Hu qal li dan il-progett hu ferm importanti għall-komunita’ Rabtija minħabba l-fatt li r-Rabat hu meqjus bħala lokalita’ agrikola. ‘Qed naħdmu biex noħolqu aktar interess fl-agrikoltura u għalhekk flimkien ma’ Permaculture Research Foundation qed naħdmu fuq dawn il-korsijiet li huma intiżi li jedukaw aktar żgħażagħ fl-aspetti agrarji.’ Hu rringrazzja lil MEUSAC u lis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali għall-għajnuna tagħhom biex il-proġett seta’ jitwettaq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow