Left arrow Go Back

CHILD CARE CENTRE FL-GĦARB IFFINANZJAT MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr2173
Date Icon 11/11/2011

It-twaqqif ta’ Child Care Centre fil-lokalità tal-Għarb huwa proġett ieħor mit-tlettax-il proġett li qed jibbenefikaw mill-iskema mnedija mill-Ministeru għal Għawdex b’risq il-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi ta’ lokalitajiet Għawdxin. Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ser jingħata madwar €67,000, għotja li qed tiġi ffinanzjata mill-fondi allokati mill-Gvern biex jiġi mwettaq il-pjan ta’ azzjoni 2010-2012 marbut mal-implimentazzjoni tal-viżjoni eko-Għawdex.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex żaret is-sit fejn ser jitwaqqaf iċ-child care centre fejn ix-xogħlijiet jinsabu għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. Hija faħħret u rringrazzjat lill-Kunsill Lokali tal-Għarb għall-parteċipazzjoni tiegħu f’din l-iskema permezz ta’ din l-inizjattiva u qalet li permezz ta’ dan iċ-child care centre, għadd ta’ ġenituri minn madwar Għawdex kollu, ser jingħataw opportunità li jinqdew b’dawn is-servizzi u b’hekk ikunu jistgħu jibbilanċjaw aħjar il-ħajja tax-xogħol ma’ dik tal-familja.  Hija rreferiet għas-sejħa għall-offerti ppubblikata aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Kunsill Lokali tal-Għarb, għall-immaniġġjar u l-operat taċ-child care centre. L-offerti għal din is-sejħa ser jibqgħu jintlaqgħu sat-Tlieta 22 ta’ Novembru 2011.  Dan iċ-ċentru ser ikun qed jilqa’ massimu ta’ madwar 30 tifel u tifla li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn sena u tliet snin.

Permezz tal-istess skema, il-Kunsill Lokali tal-Għarb ser ikun qed jixtri Eco-Cab u Eco-Truck, żewġ vetturi li jaħdmu bil-batterija mingħajr ma jużaw żjut maħruqa u b’hekk jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet ta’ CO₂ fl-arja. Waqt li permezz tal-Eco-Cab ir-residenti se jkunu jistgħu jaqsmu r-raħal bi trasport nadif u effiċjenti, l-Eco-Truck  ser jissostitwixxi truck antik li għandu 25 sena u jaħdem bil-petrol, li jintuża għall-manutenzjoni ta’ kuljum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow