Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TĦABBAR SKEMA GĦALL-ISKEJJEL KOLLHA F’GĦAWDEX

pr2172
Date Icon 11/11/2011

L-iskejjel kollha f’Għawdex ser ikunu qed jibbenefikaw minn massimu ta’ €3,000 kull waħda għall-proġetti fl-iskejjel rispettivi tagħhom, marbuta mal-pjan ta’ azzjoni ta’ eko-Għawdex 2010 – 2012.  Permezz ta’ din l-iskema mhux ser igawdu biss l-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern, iżda wkoll l-iskejjel post-sekondarji, dawk speċjali u tal-Knisja.

Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono waqt attività li saret fl-Iskola primarja ta’ Santa Tereża f’Ta’ Kerċem, fejn il-Ministru għal Għawdex ippreżentat sett ta’ kotba lill-Kap tal-Iskola biex jiżdiedu mal-kotba li hemm disponibbli għat-tfal fil-librerija tal-iskola. Dawn il-kotba li ġew iffinanzjati mill-fondi ta’ eko-Għawdex, jittrattaw temi bħal żvilupp sostenibbli, l-ambjent, in-natura, ħajja sana, ikel lokali u leġġendi lokali. Il-pakkett jinkludi wkoll DVD b’dokumentarju dwar il-Carbon Footprint. Minbarra li ser jitqassmu fl-iskejjel kollha f’Għawdex, ser tingħata kopja lil Librerija Pubblika ta’ Għawdex kif ukoll lil-libreriji oħra ta’ referenza fl-gżira Għawdxija. B’kollox ser jitqassmu madwar 700 ktieb.

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li minbarra li ser tiżdied l-għażla tal-kotba fil-libreriji tal-iskejjel, l-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li l-istudenti Għawdxin ikabbru l-għarfien tagħhom dwar dak kollu li huwa sostenibbli kif ukoll dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet Għawdxin. Żiedet tgħid li permezz tal-qari ta’ dawn il-kotba, l-istudenti ser ikollhom l-opportunità li jibdew japprezzaw aktar dak kollu li toffri l-gżira tagħhom u dak li ntiret minn ġenerazzjoni għall-oħra sal-lum.

Hija rreferiet għall-iskema ta’ eko-Għawdex għall-iskejjel li ser titnieda fil-ġimgħat ġejjin, u qalet li permezz tagħha l-iskejjel kollha madwar Għawdex ser ikunu qed ikomplu jaraw titjib għall-ġid tal-istudenti tagħhom. L-Onor. Giovanna Debono qalet li din l-iskema ser titnieda wara laqgħa li kellha ma’ grupp ta’ studenti rappreżentanti ta’ Eko Skola f’Għawdex, li ressqu għadd ta’ suġġerimenti biex isiru proġetti diversi fl-iskejjel rispettivi tagħhom. “Matul is-sena, il-Ministeru għal Għawdex iwettaq xogħol ta’ manutenzjoni, ristrutturar u tisbiħ fl-iskejjel kollha ta’ Għawdex, biex l-istudenti jkollhom ambjenti sbieħ u akkoljenti. Permezz ta’ din l-iskema, il-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jaħdem għal dan il-għan biex iwettaq proġetti għall-benefiċċju tal-istudenti u l-qasam edukattiv f’Għawdex”, temmet tgħid il-Ministru Giovanna Debono.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow