JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 13 TA' NOVEMBRU, 2011
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru, 2011.
F'din l-okkażżjoni se jiġu mfakkra l-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu. Il-quddiesa se tkun immexxija mill-E.T. Rev.mu Monisinjur Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta.
Qabel il-quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma organizazzjonijiet oħra.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en