Left arrow Go Back

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 13 TA' NOVEMBRU, 2011

pr2170
Date Icon 11/11/2011

Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru, 2011.

F'din l-okkażżjoni se jiġu mfakkra l-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Konċelebrata  fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta fid-9.15 ta' filgħodu. Il-quddiesa se tkun immexxija mill-E.T. Rev.mu Monisinjur Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta.

Qabel il-quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta.   Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.

Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' tifkira ħdejn il-Monument tal-Gwerra, il-Floriana.  Matul din iċ-ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-quddiesa.

Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma organizazzjonijiet oħra.

L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow