IL-PRIM MINISTRU LIBJAN JIRRINGRAZZJA LILL-PRIM MINISTRU MALTI
pr2167
10/11/2011
Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Libjan, Dr. Abdel Rahim al-Kib, ċempel lill-Prim Ministru Malti, Dr. Lawrence Gonzi, sabiex jirrigrazzjah personalment għall-appoġġ li l-Gvern u l-poplu Malti urew mal-poplu Libjan fl-isforzi tagħhom għal-libertà u d-demokrazija. Dr. Gonzi tenna r-rieda tal-Gvern Malti li jkompli jappoġġja lill-poplu Libjan fil-ħidma tiegħu biex jibni Libja ġdida.
Il-Prim Ministru Libjan esprima x-xewqa li jilqa’ lil Dr. Gonzi ġewwa l-Libja.
Other Press Releases:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en