Left arrow Mur Lura

RESTAWRAT L-ARLOĠĠ MAGĦMUL FI ŻMIEN IL-GRAN MASTRU PINTO FIL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA.

pr2165
Date Icon 10/11/2011

Se ssir open day is-Sibt 19 ta’ Novembru biex il-publiku wkoll igawdi dan ix-xogħol.

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, żar ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq l-Arloġġ magħruf bħala Ta’ Pinto li jinsab fil-bitħa tal-Prinċep Alfred fil-Palazz tal-President. 

L-arloġġ Ta’ Pinto, li nbena fl-1745 mill-Gran Mastru Manoel Pinto de Fonseca, huwa wieħed mill-iktar eżempji sbiħ ta’ dawn it-tip ta’ arloġġi li għandna hawn Malta. Il-mekkaniżmu tal-arloġġ kien magħmul minn Gaetano Vella, arluġġar rinomat li ddisinja arloġġi f’diversi knejjes hawn Malta.

Fil-parti ta’ fuq ta’ din it-turretta, wieħed jista’ jinnota erba’ statwi tal-bronż, magħrufa bħala jacquemarts, li jduru minn qaddhom biex idoqqu l-qniepen. Huwa maħsub li dawn l-istatwi, libsin ħwejjeġ tradizjonali Torok, jissimbolizzaw skjavi Torok. L-arloġġ għandu erba’ uċuħ: dik tan-nofs turi biss is-siegħa, u t-tlieta l-oħra juru ix-xahar, id-data, u l-fażi tal-qamar. Fi żmien l-Ingliżi, l-arluġġar Malti Michelangelo Sapiano għamel modifika fl-arloġġ biex dan jieqaf idoqq matul il-lejl. L-arloġġ ilu wieqaf għal dawn l-aħħar sittin sena.

Ix-xogħol ta’ restawr li sar fuq dan l-arloġġ kien jikkonsisti fi tliet fażijiet; ir-restawr tal-mekkaniżmu tal-arloġġ, ir-restawr tal-qniepen u jacquemarts, u r-restawr tal-faċċata.

Dan ix-xogħol sar minn ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr u kuntratturi privati. Ix-xogħol tmexxa minn grupp ta’ esperti fil-qasam tar-restawr mill-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u minn Heritage Malta, taħt it-tmexxija ta’ Chief Architect Mireille Fsadni. Is-Sur Kenneth Cauchi ħa ħsieb ir-restawr tal-qniepen u jacquemarts filwaqt li s-Sur Stephen Zammit irrestawra il-mekkaniżmu tal-arloġġ.

Il-Ministru Pullicino ħabbar li se ssir open day biex il-pubbliku jkun jista’ japprezza aktar dan ix-xogħol li sar fid-19 ta’ Novembru bejn id-9am u s-2pm. Kull min hu interessat li jattendi għandu jirriserva post billi jibgħat email fuq rpo.mrra@gov.mt.

Il-Minisru Pullicino qal li dan ix-xogħol, li ġie jiswa €120,000, kien iffinanzjat minn fondi nazzjonali u nbeda f’April tal-2010. Huwa fakkar kif fil-Belt Kapitali l-Gvern wettaq u qed ilesti mal-40 proġett kemm ta’ tisbiħ kif ukoll ta’restawr. Fost dawn ix-xogħlijiet tlesta xogħol ta’ tisbiħ fuq is-saluting battery u restawr ta’ żewġ monumenti fil-Barrakka ta’ Fuq, għaddej ir-restawr fuq il-Berġa ta’ Kastilja, saret pjazza San Gorg, ġiet irrestawrata l-Victorja Gate, qed isir proġett ta’ restawr intensiv tas-swar filwaqt li qed jitlesta x-xogħol fuq il-proġett ta’ Biagio Steps li se jinbidel f’Ċentru Interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow