Left arrow Go Back

16-IL BIĊĊA ART PUBBLIKA, B’VALUR TA’ ŻEWĠ MILJUN EWRO, TGĦADDI GĦAND 13-IL GĦAQDA SPORTIVA

pr2160
Date Icon 10/11/2011

Hibernians FC kienu fost 13-il għaqda li nagħataw art pubblika biex ikomplu jiżviluppaw il-faċilitajiet sportivi tagħhom. L-attività kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħazagħ u Sport Clyde Puli, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u l-President tal-Hibernians FC, Tony Bezzina.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli ħabbar li l-Ministeru tal-Isport ressaq quddiem il-Parlament Malti, avviż legali li permezz tiegħu l-Gvern se jkun qed jgħaddi 16-il biċċa art, lil 13-il klabb differenti bil-valur kummerċjali tagħhom jammonta għal madwar żewġ miljun ewro.  Dan ifisser li l-għaqdiet sportivi llum qed igawdu minn total ta’ 124 biċċa art pubblika b’valur ta’ madwar 46 miljun Ewro.

Clyde Puli qal li dan huwa sinjal ta’ fiduċja mill-Gvern fl-għaqdiet sportivi, li bil-ħidma u l-investiment tagħhom qed jgħinu lill-Gvern jilħaq il-viżjoni tiegħu li jxerred kultura sportiva fost iż-żgħażagħ u l-familji Maltin. 

Hu tenna li dan l-investiment iqiegħed responsabbiltà fuq l-għaqdiet sportivi biex l-attività sportiva tagħhom tkun attività sostennibbli.  Għal dan il-għan żied is-Segretarju Parlamentari l-Gvern ukoll qiegħed jgħin lill-għaqdiet sportivi bl-iskema ta’ Turiżmu Sportiv fejn sena wara l-oħra l-Gvern qiegħed jivvota s-somma ta’ €250,000 għall-għaqdiet li jġibu kompetizzjonijiet u konferenzi sportivi internazzjonali.

Jason Azzopardi saħaq li din id-devoluzzjoni ta’ art għalhekk hija konferma tal-politika ta’ devoluzzjoni li l-Gvern iħaddem.  Dan jikkonferma kemm il-Gvern jemmen fis-sussidjarjetà fit-tmexxija tal-art pubblika, u dan għax hija meqjusa bħala riżorsa tassew importanti.  Permezz ta’ din id-devoluzzjoni, art vasta f’Kordin li sal-lum kienet tintuża għal skopijiet industrijali, iżda wara l-iżvilupp tal-proġett, ser tingħata użu denju, u li jixraq, u ser tkun qed toffri servizz liż-żgħażagħ u lill-isportivi. 

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi għalhekk esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din id-devoluzzjoni ta’ art, li ser tippermetti lill-Club ta’ Hibernians jiżviluppaw faċilitajiet ġodda, fosthom Court tal-Boċċi, Medical Centre Multi-purpose Stadium, li jinkludi Futsal, Swimming pool fuq barra faċilitajiet oħrajn, u dan kollu f’ambjent ta’ landscaping mill-isbaħ.

Għalhekk tal-bieraħ hija l-ikbar devoluzzjoni ta’ art li wettaq id-Dipartiment tal-Artijiet lil Club sportiv fl-aħħar tlett snin.  Jason Azzopardi innota kif għal din l-art li tkejjel ftit inqas minn għaxart itmiem art, il-Gvern seta’ daħħal ċens kummercjali ta’ €50,000 fis-sena.  Dan pero ma seħħx għax il-gvern iddeċieda li jgħaddi din l-art għand il-Club b’ċens issussidjat ghal ċens annwali €900.  Dawn il-fondi li l-Gvern ser ikun qed jirrofta minn din l-art huma investiment dirett fiz-zgħazagħ, fl-isportivi, u fil-fibra soċjali li zgur ser igawdu permezz ta’ dan l-iżvilupp.

Fi tmiem id-diskorsi sar l-iffirmar tal-ftehim tal-għoti tal-art bejn is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u l-President tal-Hibernians FC, Tony Bezzina, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħazagħ u Sport Clyde Puli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow