Left arrow Go Back

JUM DINJI KONTRA D-DIJABETE – 14 TA’ NOVEMBRU

pr2158
Date Icon 10/11/2011

Mehmuża hi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità rigward il-Jum Dinji kontra d-Dijabete, 14 ta’ Novembru 2011.

Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ jiċċekkja l-livell taz-zokkor b’xejn  

Binjiet u monumenti nazzjonali jinxtegħlu blu

Id-dijabete se jkun is-suġġett prinċipali fil-kamp mediku matul il-jiem li ġejjin, hekk kif nhar it-Tnejn li ġej ser ikun il-Jum Dinji kontra d-Dijabete.

Dan il-jum għandu l-iskop li jikkontribwixxi sabiex jinfirex aktar l-għarfien dwar din il-kundizzjoni.  Mill-2006  ‘l hawn, il-Federazzjoni Internazzjonali dwar id-Dijabete bdiet tuża’ ċirku blu bħala simbolu, mhux biss għal dan il-jum, imma għad-dijabete nnifisha.

L-iskop hu dak li d-dinja kollha jkollha simbolu wieħed għad-dijabete filwaqt li, b’mod partikolari matul dawn il-jiem, isiru attivitajiet informattivi li matulhom il-pubbliku jkun mistieden jagħmel eżami sempliċi li jiddetermina l-livell taz-zokkor fid-demm.

Għall-okkażjoni ta’ dan il-jum, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qed iħabbar programm nazzjonali li matulu l-pubbliku se jkun jista’ jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm b’xejn.  Dan se jsir kif ġej:

Il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru:   (0800hrs – 1300hrs) mid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Mater Dei 

Is-Sibt 12 ta’ Novembru:         (0800hrs – 1700hrs) fiċ-Ċentri tas-Saħħa

                                                (0900hrs – 1700hrs) fil-Belt Valletta quddiem il-bini tal-Qorti (mill-assoċjazzjoni tal-istudenti tal-mediċina)

Il-Ħadd 13 ta’ Novembru(0800hrs – 1700hrs) fiċ-Ċentri tas-Saħħa
It-Tnejn 14 ta’ Novembru(0800hrs – 1700hrs) fiċ-Ċentri tas-Saħħa u Bereġ

Matul dawn il-jiem se jkunu qed jiġu organizzati wkoll numru ta’ attivitajiet oħra bl-iskop li tingħata aktar informazzjoni dwar id-dijabete.  Fost oħrajn, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard se jorganizza laqgħat ta’ informazzjoni f’postijiet tax-xogħol, filwaqt li l-Malta Diabetes Association qed tistieden lill-pubbliku sabiex jattendi għall-konferenza bit-tema “Living With Diabetes; the way forward”. Din ser issir nhar is-Sibt 12 ta’ Novembru fil-Grand Hotel Excelsior, u se tibda fid-9 ta’ filgħodu.

Fuq inizjattiva internazzjonali, matul dawn il-jiem ħafna pajjiżi jixegħlu monumenti jew binjiet nazzjonali bil-kulur blu. Din is-sena, il-fuq minn 45 pajjiż ser jixegħlu aktar minn 350 binja jew monument nazzjonali għal din l-okkażjoni.

F’pajjiżna, bejn il-11 u s-17 ta’ Novembru, il-Forti Manoel, is-Sacra Infermeria (MCC) u l-Monument tal-Gwerra fil-Floriana se jinxtegħlu blu.

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, filwaqt li jenfasizza l-importanza li kulħadd ikun jaf aktar dwar il-kundizzjoni tad-dijabete, jerġa’ jħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jieħu din l-opportunità u jmur jiċċekkja z-zokkor b’xejn. 

Il-Ministeru jixtieq jirringrazzja lid-Dipartiment tal-Kura Primarja, l-Isptar Mater Dei, lill-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Mediċina, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete, lid-Direttorat għal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard u lill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete, għall-kollaborazzjoni tagħhom sabiex jittella’ dan il-programm nazzjonali.

Nota:

F’din il-paġna ta’ hawn taħt hemm lista (aġġornata kontinwament) tal-pajjiżi li se jixegħlu xi binja jew monument storiku għal din l-okkazjoni: 

http://www.idf.org/worlddiabetesday/activities/monument-challenge

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow