STEDINA GĦALL-FORUM NAZZJONALI TAL-WIRT KULTURALI
Is-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura se jorganizza l-Forum Nazzjonali dwar il-Wirt Kulturali, nhar il-Ħamis 17 ta’ Novembru 2011, f’Dar il-Mediterran il-Belt Valletta, fis-Sala Vassalli.
Il-Forum Nazzjonali se jkun indirizzat mill-Onor Mario de Marco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.
Waqt dan il-Forum se jiġi ppreżentat ir-Rapport dwar l-Istat tal-Wirt Kulturali mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali. Wara din il-preżentazzjoni se jkun hemm panel discussion fejn numru ta’ persuni se jiddiskutu t-tema tal-aċċessibilità għall-wirt kulturali. Se jingħata ħin ukoll għad-diskussjoni għal dawk kollha preżenti.
Il-ħin tal-Forum hu fid-9.30 ta’ filgħodu san-12.30. Reġistrazzjoni tiftaħ fit-9.00 ta’ filgħodu.
Ġentilment mitlubin sabiex tirreġistraw għal dan il-Forum sa mhux aktar tard mit-Tlieta 15 ta’ Novembru billi tibagħtu e-mail lil: marika.a.grech@gov.mt.
Il-preżentazzjonijiet waqt il-Forum se jkunu bil-Malti u l-attendenza hi bla ħlas.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en