Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JIFFINANZJA PROĠETT TA’ DIN L-ART ĦELWA

pr2147
Date Icon 09/11/2011

Permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, il-Ministeru għal Għawdex qed jiffinanzja għotja ta’ aktar minn €24,000 lill-għaqda Din l-Art Ħelwa. Dawn il-fondi ser jintużaw fi proġett li ser jinkorpora installazzjoni ta’ interpretation panels f’siti storiċi f’Għawdex u Kemmuna kif ukoll għall-produzzjoni ta’ DVD dwar il-wirt storiku tal-gżira Għawdxija.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono żaret it-Torri tax-Xlendi, li huwa wieħed mis-siti li qed jibbenefikaw minn din l-għotja, fejn permezz ta’ dan il-proġett ġew installati 10 interpretation panels.  Fil-preżenza ta’ uffiċjali u membri ta’ Din l-Art Ħelwa u s-Sindku tal-Munxar, il-Ministru għal Għawdex qalet li bis-saħħa ta’ dawn l-interpretation panels it-turisti li jżuru dawn is-siti storiċi f’Għawdex u f’Kemmuna ser ikunu jistgħu jiksbu tagħrif interessanti fuq is-sit stess filwaqt li jkabbru l-għarfien tagħhom dwar il-ġawhar ta’ dawn il-gżejjer. Hija żiedet tgħid li dawn il-pannelli ser ikunu sors ieħor ta’ tagħlim għall-istudenti Għawdxin waqt ħarġiet kulturali u edukattivi organizzati mill-iskejjel rispettivi tagħhom. 

Minbarra l-interpretation panels fit-Torri tax-Xlendi, permezz ta’ dan il-finanzjament, Din l-Art Ħelwa qiegħda tinstalla 12-il interpretation panel fit-Torri ta’ Santa Marija f’Kemmuna, erbgħa fil-Batterija ta’ Santa Marija f’Kemmuna u tmienja fil-Batterija tal-Qala. L-informazzjoni mogħtija permezz ta’ dawn il-pannelli tinkludi l-importanza storika tas-siti, l-ekoloġija fiż-żona, siti storiċi oħra ta’ interess fl-inħawi, it-tradizzjonijiet u l-istili ta’ ħajja u l-biodiversità tal-baħar fil-lokalitajiet. Tfal li jżuru dawn is-siti ser jingħataw interactive project work sheets li jsaħħu l-esperjenza edukattiva tagħhom. Fit-Torri ta’ Santa Marija f’Kemmuna, Din l-Art Ħelwa ser tinstalla apparat awdjo-viżiv kif ukoll siġġijiet sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jaraw filmati relatati mas-siti storiċi f’Għawdex u f’Kemmuna.

Parti oħra tal-proġett hija dik tal-produzzjoni ta’ DVD ta’ madwar nofsiegħa, dwar il-wirt storiku tal-gżira Għawdxija. Id-DVD, A tale of two towers, juri fortifikazzjonijiet sinifikanti f’Għawdex u f’Kemmuna, filwaqt li jagħti tagħrif dwarhom u dwar l-importanza storika tagħhom.

Bħalissa fit-Torri tax-Xlendi jinsab għaddej xogħol ta’ restawr li qed isir minn Din l-Art Ħelwa flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Munxar. Dan it-torri kien inbena fl-1650 fi żmien il-Granmastru Lascaris.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow