Left arrow Mur Lura

PROĠETT TAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-ISCOUTS IFFINANZJAT MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr2146
Date Icon 09/11/2011

L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts f’Għawdex qiegħda tibbenefika minn finanzjament ta’ madwar €29,000 mill-Ministeru għal Għawdex li ser jintużaw għall-bini ta’ ġibjun tal-ilma fil-Kwartieri Ġenerali tal-Victoria Scout Group kif ukoll għax-xiri ta’ kontenituri għas-separazzjoni tal-iskart fl-istess kwartieri. Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin, marbuta mal-pjan ta’ azzjoni ta’ eko-Għawdex 2010 – 2012.

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono żaret il-Kwartieri Ġenerali tal-Victoria Scout Group fejn iltaqgħet ma’ uffiċjali u membri ta’ dan il-grupp, filwaqt li kellha l-opportunità li tara l-andament tax-xogħol fuq il-ġibjun, li jinsab fi stadju avvanzat.  Filwaqt li faħħret il-ħidma sfieqa li jwettaq il-Victoria Scouts Group fost it-tfal u żgħażagħ f’Għawdex, il-Ministru għal Għawdex uriet is-sodisfazzjon tagħha fir-rigward ta’ din l-inizjattiva favur ħażna akbar u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xita f’Għawdex. Żiedet tgħid li l-użu responsabbli tal-ilma huwa essenzjali fil-ħidma tal-gvern għall-futur sostenibbli li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Hija fakkret kif fil-ġimgħat li għaddew il-Ministeru għal Għawdex kien għaddej b’ħidma fuq programm fejn ġew imnaddfa 8 ilqugħ tal-ilma li jinsabu f’widien madwar Għawdex.

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li bħalissa f’Għawdex jinsabu għaddejjin proġetti oħra relatati mal-ħażna tal-ilma. Dawn jinkludu l-bini ta’ 8 ġibjuni minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u Kunsilli Lokali Għawdxin permezz taż-żewġ skemi ta’ eko-Għawdex; ir-restawr ta’ ġibjuni fi proprjetajiet tal-gvern u l-bini ta’ ġibjuni ġodda f’għadd ta’ proġetti f’Għawdex.

Permezz ta’ żewġ skemi ta’ eko-Għawdex, waħda għall-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u l-oħra għall-Kunsilli Lokali, jinsabu għaddejjin 51 proġett li jikkontribwixxu għal Żvilupp Sostenibbli f’Għawdex, li bejniethom qed jingħataw għajnuna li tlaħħaq madwar €2 miljuni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow