Left arrow Mur Lura

GVERN LI JEMMEN FIL-POTENZJAL TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr2139
Date Icon 08/11/2011

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli, dalgħodu nedew attività organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja bl-isem ta’ JChallenge Youth Village li se ssir fit-tmien il-ġimgħa li ġej 11, 12 u 13 ta’ Novembru 2011.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli sostna li l-Gvern qiegħed jappoġġja din l-attività li għandha l-għan li tipprowovi l-volontarjat fost iż-żgħażagħ minn għaqdiet differenti filwaqt li tesponi t-talenti taż-żgħażagħ Maltin. Hu tenna li l-volontarjat, fost iż-żgħażagħ huwa ċentrali fl-iżvilupp soċjali tal-pajjiż u sostna li dan għadu b’saħħtu. Clyde Puli qal li l-Gvern jgħin lil diversi għaqdiet taż-żgħażagħ biex itellgħu l-attivitajiet tagħhom u żied li Aġenzija Żgħażagħ kienet stumentali bl-għajnuna tagħha biex tittella’ din l-attività fil-Gudja.

Hu qal li inizjattiva bħal din tikkumplimenta l-ħidma tal-Gvern li qed joħloq diversi programmi ta’ empowerment fosthom il-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u l-Voltours.

Jason Azzopardi nnota s-sens ta’ volontarjat li għandhom dan il-grupp ta’ żgħażagħ mill-Gudja.  Huwa qal li fiż-żminijiet li qed ngħixu, spiss nisimgħu fuq l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi, u dan huwa tajjeb.  Iżda dan ma jistax jinfired mill-iżvilupp soċjali għax dawn huma ż-żewġ naħat tal-istess munita.  Huwa għalhekk li attivitajiet bħal din jistħoqqilhom kull tifħir u inkoraġġiment.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi ħabbar kif il-Gvern permezz tal-Ministeru tal-Finanzi se jkun qed jgħin lil dan il-grupp ta’ żgħażagħ permezz tal-Fond ta’ Kawzi Ġusti, li qed jimpenjaw ruħhom għal dan l-għan tant nobbli.

Fl-okkażjoni tal-20 sena mit-twaqqif tagħhom, il-Grupp Żgħażagħ Gudja qed itellgħu attività fuq skala Nazzjonali li ha tieħu forma ta' youth village.  L-attività għandha l-għan li tkun ukoll post-event tal-World Youth day li saret f’Madrid.  Għal din l-attività ser jipparteċipaw iżjed minn 32 għaqda, kemm mill-Gudja kif ukoll minn barra l-lokal.

Din l-attività tiċċelebra l-volontarjat fis-sena Ewropeja ddedikata lill-volontarjat. Il-villaġġ  li se jkun imtella’ f’14-il triq fil-Gudja stess, se jqajjem awareness dwar il-volontarjat u b’hekk  joħroġ il-potenzjal li għandhom iż-żgħażagħ.  L-attività ħa tkun kontinwa u tibqa sejra matul il-lejl.  Se jkun hemm attivitajiet sportivi, reliġjużi, kunċerti minn Christian Bands u korijiet, diskusjoinijiet dwar il-volontarjat, wirjiet ta' talenti, attivitajiet soċjali u area tat-tfal u għall-familja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow