IL-PRIM MINISTRU JWAQQAF TASK FORCE DWAR IT-TRASPORT PUBBLIKU PRESEDUTA MINNU
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ħabbar li huwa waqqaf task force dwar it-trasport pubbliku li se jippresjedi huwa stess. Din it-task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandha l-għan li tikkordina l-mezzi kollha tal-Gvern biex it-tibdil li qed isir fit-trasport pubbliku jilħaq il-bżonnijiet tal-poplu Malti kollu.
Fi stqarrija għall-mezzi tax-xandir dalgħodu, il-Prim Ministru qal li wara d-dibattitu fil-Parlament nhar il-Ġimgħa, wara diskussjoni fil-Kabinett tal-Ministri lbieraħ, fid-dawl ta’ dak li qed jingħad minn dawk li jużaw it-trasport pubbliku kif ukoll fid-dawl tar-rotot ġodda introdotti nhar il-Ħadd, issa jeħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha tal-Gvern sabiex jiġu megħluba l-problemi li fadal.
Il-Gvern hu determinat li jagħmel dak kollu meħtieġ biex jiżgura li din ir-riforma importanti tilħaq l-għanijiet tagħha. Il-Gvern jemmen li l-poplu Malti jixraqlu l-aqwa u l-aħjar f’kull qasam, inkluż f’dan is-settur importanti ħafna li għandu implikazzjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi kbar.
Din it-task force ser tibda tiltaqa’ u taħdem b’mod immedjat sabiex ikun żgurat li din ir-riforma fit-trasport pubbliku taqdi l-bżonnijiet tan-nies.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en