Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSJONI ĊINEMATOGRAFIKA TA’ MALTA TOFFRI ESPERJENZA AWDJOVIŻIVA UNIKA

pr2127
Date Icon 07/11/2011

Bħala parti mill-ħidma tal-Kummissjoni Ċinematografika biex toħloq iktar kuxjenza fost il-pubbliku dwar l-irwol tagħha, xi ġimgħat ilu din ħadet sehem fil-fiera ‘Intrapriża Malta’. Fil-fatt kienu bosta n-nies li żaru dan l-istand b’madwar 150 ruħ li saħansitra xtaqu juru interess għal iktar tagħrif u għalhekk imlew applikazzjoni biex jirreġistraw l-interess tagħhom fil-Kummissjoni.

Dawk li żaru l-istand setgħu jaraw films qosra ta’ diretturi Maltin b’sistema ta’ wireless headphones minn fuq deckchair. Fost il-films li ntwerew kien hemm xogħlijiet ta’ David Serge, Armand Attard, James Spiteri, Eleonora Rose Abela, Kenneth Scicluna, Rebecca Cremona, Ray Mizzi, Andrew Galea Debono, Jean Pierre Magro, kif ukoll Engelbert Grech. Barra minn hekk, ġew murija wkoll uħud mil-produzzjonijiet rebbieħa tat-tielet edizzjoni tal-Malta International TV Short Film Festival. Fost dawn kien hemm il-film ‘Daqqet ix-Xita’ ta’ Kenneth Scicluna li rebaħ il-premju għall-aħjar direttur kif ukoll għall-aħjar ċinematografija. ‘The Medic’ dirett minn Ray Mizzi, li ġie ppremjat kemm bil-Local Jury Award kif ukoll bil-Viewers’ Choice. It-tielet produzzjoni li kienet qed tintwera fuq l-istand kienet ‘Animat’ li kienet il-produzzjoni rebbieħa fost il-films animati. Din is-sena, il-produzzjoni li rebħet il-premju tal-aħjar film kienet ‘Morning Star’, film ta’ Jessica Lawton mill-Awstralja.

Fl-istand ittellgħat ukoll wirja dwar films li nġibdu fuq xtutna tul is-snin. Din kienet esperjenza unika fejn dawk li żaru l-istand setgħu jaraw mill-viċin posters ta’ diversi films li nġibdu biċċiet minnhom jew kollha hawn Malta. Dan kien xogħol Jean Pierre Borg, dilettant tal-films u l-persuna wara l-paġna fuq il-facebook “Filmed in Malta”, li ħa l-inkarigu li jiġbor l-istorja tal-films li nġibdu Malta. Fost l-affarijiet esebiti kien hemm riċerka dettaljata li tagħti dawl ġdid fuq l-ewwel produzzjonijiet li nġibdu fuq il-gżejjer Maltin, bl-ewwel film ikun “Sons of the Sea” li jmur lura għall-1925. Flimkien mal-films “Battles of Coronel and Falkland Islands” (1927) u “Bolibar” (1928), dawn it-tliet films li huma kollha silent jistgħu jitqiesu bħala l-eqdem tliet films magħrufa li nġibdu Malta.

Għal aktar tagħrif fuq ix-xogħol tal-Kummissjoni Ċinematografika żur www.mfc.com.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow