IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦALLU MALTA FUQ ŻJARA PRIVATA
Il-President u s-Sinjura Abela kmieni dalgħodu ħallew Malta għal żjara privata sabiex iżuru pazjenti Maltin li qed jingħataw kura fi sptarijiet ġewwa Londra.
Il-Malta Community Chest Fund li l-President ta' Malta huwa ċ-chairperson tagħha, tagħti sapport finanzjarju lil pazjenti għal trattamenti diversi kif wkoll tgħin lil qraba tagħhom sabiex ikunu jistgħu jakkompanjawhom fi żmien li l-pazjent jagħmel il-bogħod minn Malta. F'dawn il-ġranet il-President Abela u s-Sinjura tiegħu jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu ma' dawn il-pazjenti waqt li jduru l-isptarijiet u wkoll jisimgħu l-esperjenzi li jkunu għaddejjin minnhom.
Il-President u s-Sinjura Abela jirritornaw lura Malta nhar is-Sibt 12 ta' Novembru wara nofsinhar.
Is-Sur Anton Tabone huwa l-Aġent President.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en