Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA IL-CLOWN DOCTORS FL-ISPTAR MATER DEI

pr2124
Date Icon 05/11/2011

Kunċett ġdid fil-qasam saħħa lokali

Tfal u ġenituri li dalgħodu kienu l-iSptar Mater Dei kienu wħud fost l-ewwel nies li setgħu jaraw il-bidu ta’ servizz volontarju ġdid – il-Clown Doctors.

Bl-iskop li jferrħu lill-pazjenti, partikolarment dawk żgħar, grupp ta’ volontarji ħoloq l-organizzazzjoni mhux governattiva Dr Klown. Filwaqt li ntuża kunċett li kiseb popolarita` kbira permezz tal-film Patch Adams, Dr Klown ħadu ħsieb li jagħżlu numru ta volontiera li wara li ngħataw it-taħriġ neċessarju saru l-ewwel Clown Doctors f’pajjiżna.

Waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjanu u Kura fil-Komunita, Joe Cassar qal li l-volontarjat, jekk isir mill-qalb, dejjem iħalli effetti pożittivi.  F’dan il-każ dan l-effett se jkun tbissima fuq il-pazjenti ċkejknin tal-isptar.  Din, qal il-Ministru hija l-aqwa mediċina.

Joe Cassar irringrazzja lill-organizzazzjoni Dr Klown tal-inizjattiva u faħħar is-serjeta li mxew biha sabiex dan il-proġett issa sar realta.  Il-Ministru spjega li mhux kull min jixtieq isir Clown Doctor jista jagħmel dan.  Fil-fatt dan huwa proċess li jinvolvi taħriġ psikoloġiku u artistiku u anke eżamijiet relatati.  Dan sabiex is-servizz, minkejja li huwa volontarji, jiġi offrut b’mod professjonali, b’rispett lejn il-pazjenti.

Maria Delicata, Chairperson ta Dr Klown tkellmet dwar l-esperjenza personali tagħha meta ltaqgħet l-ewwel darba ma Clown Doctors fi sptar Ingliż waqt li kien qiegħed jieħu l-kura it-tifel tagħha.  Hi stqarret li f’dawk il-mumenti diffiċli il-Clown Doctors kien jirnexxilhom inisslu tbissima fuq wiċċ it-tifel.  Kien għalhekk li ħadmet sabiex dan l-istess servizz jibda jiġi offrut hawn Malta.

Dr. Edward Curmi, Psychological Support Officer tal-organizzazzjoni spjega t-taħriġ li ngħataw il-Clown Doctors filwaqt li stqarr li dan is-servizz se jservi ta appoġġ psikoloġiku għal min ikun għaddej minn żmien diffiċli.

Wara il-preżentazzjoni uffiċċjali, il-Clown Doctors iltqagħu ma numru ta’ persuni li kienu l-isptar dak il-ħin u ma wħud li b’interess u kurżita` waqfu sabiex isegwu dak li kien qiegħed iseħħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow