Left arrow Go Back

IT-TURIŻMU RURALI JAGĦMEL MINN GĦAWDEX DESTINAZZJONI DISTINTA U SOSTENIBBLI

pr2122
Date Icon 04/11/2011

It-tema diskussa waqt konferenza li nżammet f’lukanda ewlenija f’Għawdex svolġiet dwar it-turiżmu rurali f’Għawdex u kif il-gżira tista’ tiġi ppreżentata bħala destinazzjoni distinta u sostenibbli f’dan is-settur.

Il-Konferenza ġiet imtellgħa mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Politika dwar l-Intrapriża  fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. L-għan ewlieni tagħha huwa dak li d-diskussjoni tindirizza l-ħtieġa li tiġi mfassla politika dwar it-turiżmu rurali għal Għawdex. Dan ankè fl-isfond tal-viżjoni eko-Għawdex kif ukoll fiż-żmien li qed issir ir-reviżjoni tal-Politika Komuni dwar l-Agrikoltura mill-Kummissjoni Ewropea. Din kienet ukoll inizjattiva li permezz tagħha Għawdex ipparteċipa fl-attivitajiet marbuta  mal-ġimgħa ddedikata lill-intrapriżi żgħar u medi.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, inawgurat il-konferenza fejn spjegat kif l-iżvilupp ta’ politka dwar turiżmu rurali tkun tfisser ukoll titjib li jiġġenera aktar xogħol u jżid l-attività ekonomika filwaqt li jħares l-identità u t-tessut soċjali ta’ Għawdex.  ‘Dan huwa konformi mal-għanijiet tal-viżjoni eko-Għawdex li tfittex  żvilupp sostenibbli għal gżira ta’ Għawdex’, żiedet tgħid il-Ministru Giovanna Debono. Hija spjegat kif Għawdex diġa’ beda jiġi promoss bħala destinazzjoni rurali distinta bħala riżultat ta’ kollaborazzjoni kontinwa bejn il-Ministeru għal Għawdex u s-settur turistiku f’Għawdex li matul l-aħħar snin kompliet tagħti riżultati pożittivi li jsostnu din l-industrija tant importanti għal Għawdex.

Il-Konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Onor. Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet li spjega kif is-settur tat-turiżmu f’Għawdex kkontribwixxa għall-ekonomija tal-gżira permezz ta’ numru ta’ negozji żgħar li joffru servizzi relatati mat-turiżmu. Fakkar kif kampanji ta’ reklamar għal Għawdex taw riżultati pożittivi u ttraduċew ir-riżorsi naturali ta’ Għawdex f’investiment, attività ekonomika u opportunitajiet ta’ xogħol. Huwa kompla jispjega kif il-Gvern sostna lin-negozji ż-żgħar matul iż-żmien u din l-għajnuna hija siewja għal dawn l-operaturi u għandha sinifikat speċjali għal Għawdex fejn l-operaturi huma fil-parti l-kbira tagħhom intrapriżi żgħar.

Fid-diskors tal-għeluq is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco qal li Għawdex għandu rwol importanti fl-iżvilupp tat-turiżmu rurali. Hu ħeġġeġ li l-istakeholders, l-għaqdiet u l-pubbliku jibqgħu jipparteċipaw f’konsultazzjonijiet pubblici dwar it-turiżmu u l-ambjent biex b’hekk pajjiżna jibqa’ jiżviluppa b’mod sostenibbli. Hu tkellem ukoll dwar ir-riżultati pożittivi li qed ikollu pajjiżna fil-qasam turistiku bl-aħħar statistika tal-NSO tikkonferma li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, in-numru ta’ turisti, in-nefqa tagħhom f’Malta u l-ammont ta’ ljieli li qattgħu f’pajjiżna żdiedu fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mis-sur Martin Bugelli, Kap tar-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, is-sur Joe Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, is-sur Joe Grech, President tal-Kamra tal-Kummerċ ta’ Għawdex, kif ukoll minn żewġ kelliema barranin li tkellmu dwar esperjenzi ta’ turiżmu rurali f’Abruzzo fl-Italja u f’Auvergne fi Franza.

Saret ukoll diskussjoni li fiha pparteċipaw uffiċjali mill-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ uffiċjali minn Ministeri u entitajiet oħra. Il-parteċipanti setgħu jesperjenzaw eżempji ta’ turiżmu rurali permezz ta’ żjajjar li ġew organizzati fi tmiem il-konferenza, f’numru ta’ siti li joffru dawn il-faċilitajiet f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow