Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL LOKALI TAL-QALA JIRRESTAWRA L-FORTIZZA TA’ SANT’ANTNIN

pr1603
Date Icon 30/08/2011

Il-Fortizza ta’ Sant’Antnin, magħrufa aħjar bħala t-Trunċiera tal-Qala, qed tiġi restawrata mill-Kunsill Lokali tal-Qala bl-għajnuna tal-MEPA u ta’ Din l-Art Ħelwa.  Din il-fortizza, li tinsab f’Ras il-Qala fil-ponta l-aktar fil-Lvant ta’ Għawdex, inbniet fl-1732 mill-Granmastru Anton Manoel de Vilhena fuq disinn tal-inġinier Franċiż il-Kavallier Francois de Mondion.

Ir-restawr tagħha nbeda madwar sentejn u nofs ilu u sa issa ġie jiswa mal-mitt elf ewro. Wara żjara li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said u s-Sindku Paul Buttiġieġ għamlu fuq is-sit, kien spjegat li fadal ftit interventi oħra ta’ restawr biex ix-xogħlijiet ikunu lesti.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li aktar ma jgħaddi żmien il-Kunsilli Lokali qed jifhmu l-importanza li jidħlu għal proġetti ta’ restawr fuq siti u binjiet storiċi li jkollhom fil-lokalità. Hu qal li fuq livell lokali, il-Kunsill Lokali jkun jifhem aktar minn entitajiet u awtoritajiet oħra l-importanza ta’ ċertu wirt storiku għall-memorja kollettiva tal-komunità li jirrappreżenta.  Chris Said qal li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet u permezz tal-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali b’laqtiet storiċi, il-Kunsill Lokali tal-Qala qed jirnexxielu jqajjem interess fl-istorja u fuq il-wirt tal-lokalità kif ukoll qed irawwem sens ċiviku fost ir-residenti.

Is-Sindku Paul Buttiġieġ qal li ‘ma kienx faċli li tirrestawra din il-Fortizza għax apparti li kienet kważi kompletament imġarrfa anke l-post fejn tinsab, mhux daqshekk faċli li taħdem kontra l-elementi kollha.’

Il-Fortizza ta’ Sant’Antnin hija meqjusa bħala Patrimonju Nazzjonali b’arkitettura ftit jew wisq unika għal pajjiżna. Il-fortizza għandha sitt faċċati, b’kisja ta' ġebel żonqri, b'livelli differenti, bil-parti l-aktar għolja tħares lejn il-baħar. It-tliet ħitan l-oħra huma mdawrin b'foss fond bejn tlieta u erba' metri u wiesa' żewġ metri u nofs.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow