L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqogħdu PAOLA - FGURA - VITTORIOSA - COSPICUA - SENGLEA - KALKARA u li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-ġimgħat li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.
Għaldaqstant, il-pazjenti li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Bormla, huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex ikunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema. Id-dokumenti jinkludu:
1. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati (skont kif japplika)
2. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (MEU)
Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard. Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lill-pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista’ tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.
Stqarrijiet Oħra:
PR262011
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262010en