Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK

pr1602
Date Icon 30/08/2011

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqogħdu PAOLA - FGURA - VITTORIOSA - COSPICUA - SENGLEA -   KALKARA u li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-ġimgħat li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.

Għaldaqstant, il-pazjenti li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u ta’ Bormla, huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex ikunu jistgħu jibbenifikaw mill-Iskema.  Id-dokumenti jinkludu:

1.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati (skont kif japplika)

2.         Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa (MEU)

Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard.  Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lill-pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista’ tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow