Left arrow Mur Lura

211-IL PERSUNA LI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL INVOLUTI F’ĦIDMA SIEWJA B’RISQ IL-KOMUNITA’

pr1596
Date Icon 29/08/2011

Jitħallsu sa 75 fil-mija tal-paga minima nazzjonali

L-iskema Xogħol fil-Komunita’ (Community Work Scheme) imħaddma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tkun suċċess tant li n-numru tal-parteċipanti żdied għal 211.  Dawn qed jaħdmu f’47 Kunsill Lokali u f’21 NGO differenti madwar il-gżejjer Maltin.

L-iskema tħabbret mill-Gvern fil-Budget xi snin ilu u oriġinarjament kienet indirizzata lil persuni li ilhom jirreġistraw mill-anqas ħames snin.  Madanakollu tant kienet suċċess li fil-Budget 2011 tħabbar li din l-iskema ġiet estiża wkoll għal dawk il-persuni li jkunu ilhom jirreġistraw għal sitt xhur u aktar. 

Permezz tagħha l-parteċipanti jingħataw il-possibilita’ li jaħdmu fil-komunita’ għal 30 siegħa fil-ġimgħa. Għal dan ix-xogħol huma jingħataw ħlas ekwivalenti għal 75 fil-mija tal-paga minima nazzjonali, liema ħlas jinkludi l-benefiċċju tal-qgħad.  Filwaqt li jkunu qed jipparteċipaw f’din l-iskema, dawn xorta jibqgħu jirreġistraw u jfittxu xogħol permanenti. Jieqfu minnha kemm-il darba jsibu impjieg li jieħu priorita’ fuq l-iskema.

Id-dettalji ngħataw waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said għamel fil-Kunsill Lokali ta’ Bormla fejn bħalissa hemm seba’ parteċipanti li qed jagħmlu ħidma siewja fil-komunita’ Bormliża permezz ta’ din l-iskema.  Hu kien akkumpanjat mill-General Manager tal-ETC Felix Borg, mill-uffiċjal responsabbli mill-iskema is-Sur Vincent Azzopardi, u mis-Sindku ta’ Bormla is-Sur Joseph Scerri.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-iskema Xogħol fil-Komunita’ ġabet bilanċ bejn min jaħdem u jħallas it-taxxa u min jirreġistra u jieħu l-benefiċċji soċjali. Minbarra li qed jikkontribwixxu b’ħidma produttiva għall-bqija tal-komunita’, il-parteċipanti qed jingħataw il-possibilita’ li jibqgħu attivi minkejja li m’għandhomx impjieg fiss. Dan jgħinhom anki fuq livell personali. Ix-xogħol li jingħata lill-parteċipanti ivarja minn xogħol klerikali għal xogħol manwali skont il-ħiliet tagħhom u l-bżonnijiet li jkollhom l-entitajiet li jibbenefikaw.

Is-seba’ ħaddiema li kienu assenjati lill-Kunsill Lokali ta’ Bormla qed jimmanifatturaw u jistallaw railings, street barriers ornamentali u bollards; jieħdu ħsieb il-latrina pubblika; u jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq binjiet pubbliċi, bankini u toroq.  Dan kollu skont kif meħtieġ u taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni tal-Kunsill Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow