Left arrow Go Back

L-EWWEL EDIZZJONI TAL-GOZO WATERPOLO CUP SE SSIR NHAR IL-ĦADD LI ĠEJ

pr1584
Date Icon 25/08/2011

Bil-għan li l-isport f’Għawdex ikompli jissaħħaħ u tkompli tiġi diversifikata n-niċċa tat-turiżmu sportiv, matul il-jum tal-Ħadd li ġej se tintlagħab għall-ewwel darba l-Gozo Waterpolo Cup fil-pitch tal-klabb Għawdxi Otters Nivea f’Marsalforn.

Din il-kompetizzjoni se ssir bl-inizzjattiva ta’ Otters Nivea u s-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u fiha se jieħdu sehem it-timijiet ta’ taħt il-21 sena ta’ Otters Nivea, 3CX Exiles u Sirens Ritter Sport.  Kull tim se jkollu plejer barrani mingħajr limitu fuq l-età.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li f’Għawdex hemm talent sportiv iżda biex dan joħroġ aktar fil-beraħ hemm bżonn li mhux biss tissaħħaħ l-infrastruttura sportiva, iżda wkoll ikun hemm aktar opportunitajiet biex plejers Għawdxin fi kwalunkwe dixxiplina jikkompetu regolarment f’livell għoli.

F’kummenti li ta qabel il-kompetizzjoni huwa faħħar il-klabb ta’ Otters li għal snin twal u b’sagrifiċċju kbir, għelbu l-ostakli kollha biex baqgħu jikkompetu fil-kampjonat Malti f’diversi kategoriji.  Is-sagrifiċċju llum qed jagħti l-frott u bil-mod ‘il mod ir-riżultati qed jiġu.  Dan mhux biss ċertifikat tax-xogħol li għamlu u qed jagħmlu dawk kollha involuti fil-klabb iżda wkoll prova li t-talent Għawdxi qiegħed hemm lest biex jiġi massimizzat.

Għal din is-sena t-tournament se jsir fuq bażi ta’ plejers taħt il-21 sena iżda l-ħsieb hu li l-Gozo Waterpolo Cup tikber u mis-sena d-dieħla tibda ssir anki fuq il-livell tal-kbar.  Il-Gozo Waterpolo Cup se timxi fuq l-istess binarji tal-Gozo Cup tal-football u dik tat-tiġrijiet taż-żwiemel li issa ħadu posthom fil-kalendarju sportiv Għawdxi. 

Dan mhux importanti biss sabiex sportivi Għawdxin jikkompetu ma’ dawk Maltin u l-pubbliku sportiv Għawdxi jkollu l-opportunità jsegwi l-aqwa elementi sportivi f’Għawdex iżda wkoll biex jissaħħaħ it-turiżmu sportiv.  Din hija niċċa li trid tiġi sfruttata u s-Segretarajat Parlamentari se jkompli jaħdem biex dan iseħħ. 

Il-programm ta’ logħbiet huwa dan:

2.45pm:Otters Nivea                            v          3CX Exiles
4.00pm:Sirens Ritter Sport                  v          3CX Exiles
5.15pm:Sirens Ritter Sport                  v          Otters Nivea
6.30pm:Preżentazzjoni tat-Trofej mis-Segretarju Parlamentari Chris Said
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow