Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI FIL-BINI TA’ TOROQ RESIDENZJALI FIN-NAXXAR U F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ

pr1582
Date Icon 24/08/2011

F’Baħar iċ-Ċagħaq tlestew ix-xogħlijiet fuq l-aħħar żewġ toroq residenzjali li kien għad fadal xi jsiru f’din il-lokalità.  Dawn huma Triq l-Iżbark tal-Franċiżi u Triq l-Iskall. Ix-xogħol sar mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq permezz ta’ fondi taħt l-iskema ta’ finanzjament ta’ proġetti mill-Kumitati Amministrattivi u kien jinkludi servizzi ġodda, bini ta’ ħitan u bankini ġodda.

Waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsill Lokali Chris Said għamel biex jara t-toroq lesti, is-Sindku tan-Naxxar Maria Fatima Deguara u ċ-Chairperson ta’ Baħar iċ-Ċagħaq Maryanne Cuomo,  taw dettalji dwar il-ħidma li saret.

F’dawn l-aħħar xhur fin-Naxxar, il-Kunsill Lokali lesta x-xogħlijiet fuq tmien toroq: Triq Birguma, Triq Joseph Howard, id-dawra ta’ Triq Joseph Howard, Triq Dun Nerik Cordina Perez, Triq is-Sogħda, Triq il-Qoton, u Triq Santa Marija.  Fix-xhur li ġejjin mistenni jibda x-xogħol fuq numru ta’ toroq oħra fosthom Triq il-Markiż Scicluna, Triq Jervois, Triq Monsarrat, Triq iż-Żonqor, Triq it-Telekomunikazzjoni, Triq l-Irdum u Triq Freemantle.

Is-Segretarju Paralmentari Chris Said faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar u tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Baħar iċ-Ċagħaq li flimkien qed jaħdmu għall-ġid tal-komunitajiet rispettivi. Hu fakkar kif f’dawn l-aħħar sentejn il-Gvern għadda mal-ħmistax-il miljun ewro lill-Kunsilli Lokali biex iwettqu xogħlijiet fit-toroq residenzjali u r-riżultati f’ħafna mil-lokalitajiet qed jidhru. Minbarra l-iskema tal-Public Private Partnership għat-toroq residenzjali, bix-xogħol isir bejn il-Kunsilli Lokali u l-kuntratturi privati, il-Gvern alloka miljuni ta’ ewro mill-budget annwali tal-Kunsilli li jistgħu jintefqu biss fuq xogħlijiet f’toroq.

Sadanittant f’Baħar iċ-Ċagħaq għaddej investiment qawwi fuq it-tisbiħ tal-pjazza – proġett li qed isir mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bl-involviment tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar.  Dan il-proġett jinvolvi €450,000 u permezz tiegħu żona li qabel ma beda x-xogħol kienet biċċa art mitluqa issa qed tinbidel f'post ta' rikreazzjoni għall-familja kollha.
Fost l-oħrajn qed isir pavimentar, arbli tad-dawl, bankijiet, installazzjoni ta' funtana u żona riservata għal-logħob tat-tfal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow