Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1579
Date Icon 24/08/2011

Il-MaltaToday tivvinta u tagħti informazzjoni ħażina

B’referenza għall-artiklu ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-MaltaToday, il-Ministeru għas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità jinnota b’dispjaċir li s-sit ma fehemx l-istqarrija maħruġa l-bieraħ mill-Ministeru.

Fl-istqarrija il-Ministeru ħabbar li se tagħlaq l-ispiżerija li tinsab fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara, u mhux iċ-Ċentru nnifsu, minħabba li issa l-persuni eliġibbli jistgħu jiġbru l-mediċini tagħhom minn xejn inqas minn 15-il spiżerija oħra mill-lokalità.

Dan ifisser li fejn qabel persuna kienet tinqeda minn post wieħed, issa tista tinqeda minn 15-il post differenti u tagħżel l-ispiżerija li trid hi.  Fil-fatt, 6,400 persuna li qabel kienu jinqdew mill-Ispiżerija miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara, illum kollha qed jinqdew mill-ispiżerija tal-għazla tagħhom.

B’mod mill-aktar żbaljat, il-MaltaToday interpretat dan l-avvanz fis-servizz bħala l-għeluq taċ-Ċentru tas-Saħħa.

Mhux veru li se jingħalaq iċ-Ċentru tas-Saħħa kif qalet il-MaltaToday.

Fil-fatt il-Ministeru investa fl-istess Ċentru tas-Saħħa u żied is-servizzi f’dan iċ-Ċentru fosthom servizz tal-prodotti gluten free, żieda fis-servizz tat-tabib tal-familja, kura tas-saqajn u dijabete.

Il-Ministeru jiddeplora dan ir-rappurtaġġ li joħloq allarm għal xejn b’xejn u fuq kollox b’aħbarijiet mhumiex minnhom. Il-MaltaToday setgħet faċilment tikkuntattja lill-Ministeru għal kwalunkwe kjarifiki li kellha bzonn, iżda minflok għażlet li tippubblika storja ivvintata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow