Left arrow Go Back

SERVIZZ TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK F’BIRKIRKARA

pr1575
Date Icon 23/08/2011

Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' jixtieq jinforma lill-pubbliku li minħabba l-estensjoni b’suċċess tal-iskema l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, l-ispizerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara mhix ser tkun miftuħa għall-pubbliku mit-Tnejn 5 ta’ Settembru 2011.

Għaldaqstant, il-Ministeru jixtieq javża lil dawk il-persuni li għadhom jiġbru l-mediċini minn din l-ispiżerija għaliex għandhom il-Kartuna r-Roża, li mill-5 ta’ Settembru 2011, għandhom jibdew jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

Il-kumplament tas-servizzi li kienu jingħataw mill-ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ser jingħataw mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC). Il-Ministeru jappella lil dawk il-persuni li għadhom iridu jirreġistraw mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibli.

Il-Formola ta’ Reġistrazzjoni għall-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tinkiseb mill-ispiżerija tal-għażla tal-persuna u li magħha l-persuna tkun tixtieq tkun reġistrata. Il-Formola mimlija għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija flimkien ma’ kopja tal-Karta tal-Identita' u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn. Għar-Reġistrazzjoni mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għandha tintuża biss il-Formola uffiċjali provduta mid-Dipartiment tal-POYC.

Min jeħtieġ aktar informazzjoni huwa mitlub iċempel il-Client Support Unit tal-POYC fuq in-numru 2248 1800 bejn id-disgħa ta’ filgħodu u t-tlieta ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Spiżeriji f’Birkirkara u St Venera li magħhom persuna tista’ tagħżel li tirreġistra:

Isem

Indirizz

Lokalita’

Fleur-De-Lys Pharmacy

32 Triq Fleur-de-lys

Birkirkara

Herba Pharmacy

183 Triq il-Kbira

Birkirkara

Holy Cross Pharmacy

37 Triq il-Kbira

Birkirkara

Mackies Pharmacy

Triq L Casolani Ta' Paris

Birkirkara

Pharmaplus

Triq Ganu

Birkirkara

Rational Pharmacy

74/75 Triq il-Wied

Birkirkara

St. Anne Pharmacy

24 Misrah Sant Elena

Birkirkara

St. Helen Pharmacy

Triq Tumas Fenech

Birkirkara

St. Jude Pharmacy

213 Triq il-Wied

Birkirkara

St. Paul’s Pharmacy

Triq Brared

Birkirkara

The Local Dispensary

Triq Kan K Pirotta

Birkirkara

Fatima Pharmacy

Triq iż-Żonqor

St Venera

Lantern Pharmacy

Misraħ il-Kebbies

St Venera

St Bartholomew Pharmacy

230 Fleur-De-Lys Road

St Venera

St Venera Pharmacy

532, High Street

St Venera

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

More Press Releases Right arrow