Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX

pr1573
Date Icon 22/08/2011

L-Oppożizzjoni tkompli taqla’ minn żniedha dwar Għawdex

Hija gidba d-diċerija li l-Ministeru għal Għawdex ser jagħti l-Villa Rundle lilL-privat. Dan mhuwiex minnu u m’hemmx l-iċken dubju li l-Oppożizzjoni qed tipprova ddaħħal f’moħħ il-poplu din id-diċerija, biex ixejjen ix-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-proġett għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin. 

B’referenza għal dak li ntqal dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, il-Ministeru għal Għawdex b’sodisfazzjon jirrimarka li llum il-ġurnata l-poplu Għawdxi qiegħed jingħata aktar servizzi ġodda fl-istess sptar, li f’diversi partijiet minnu qiegħed isir ristrutturar.  Il-Ministeru għal Għawdex isostni li l-Oppożizzjoni qiegħda biss tipprova titfa’ t-tajn fuq l-isptar.  Il-Ministeru jerġa’ jiċħad kategorikament li l-pazjenti f’Għawdex mhuwiex ser jingħatalhom ikel. L-Oppożizzjoni qed tqarraq. Mhux biss is-servizz u l-kura fl-Isptar ta’ Għawdex qed jitkomplew jingħataw, iżda għaddejja ħidma biex ikomplu jitjiebu u jiżdiedu servizzi oħra.

Rigward il-viżjoni eko-Għawdex, din bdiet tagħti riżultati għaliex l-istrateġija mfassla qed tiġi mwettqa skont kif ippjanat, b’inizjattivi illi qed jagħmlu d-differenza fl-aspetti ambjentali, soċjali, ekonomiċi u dawk kulturali.

Dan kollu juri biċ-ċar kemm dak li qalu l-kelliema tal-Oppożizzjoni dalgħodu kien intenzjonat biss biex iħammeġ u jpoġġi f’dell ikrah lill-Ministeru għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets with new UĦM leadership

PR262010en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House meets w...

Aktar Stqarrijiet Right arrow