STQARRIJA TAL-GVERN
Dalgħodu l-Prim Ministru, Dr. Lawrence Gonzi, tkellem ma' Dr. Mahmoud Jibril, ic-Chairman tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali ta' Transizzjoni. Dr Gonzi feraħ lill-poplu Libjan, lill-Kunsill Nazzjonali ta' Transizzjoni u lilu għas-suċċess kbir fil-mixja lejn id-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.
Fil-konversazzjoni tiegħu, il-Prim Ministru Gonzi reġa' kkonferma li l-poplu u l-Gvern Malti huma qrib tal-poplu Libjan kemm f'din is-siegħa importanti kif ukoll fil-ħidma kollha li jmiss fil-bini mill-ġdid tal-Libja bħala pajjiż modern u demokratiku mibnija fuq il-libertà, il-ġustizzja u l-ħarsien tad-dritt.
Dr. Jibril irringrazzja mill-ġdid lill-poplu u lill-Gvern Malti għall-appoġġ kbir li ngħata f'dawn l-aħħar xhur u jħares 'il quddiem biex ir-relazzjoni bejn Malta u l-Libja tinbena mill-gdid fuq il-bażi ta' ħbiberija ġenwina u rispett reċiproku ta' bejn żewġ popli ġirien.
B'mod partikolari Dr. Jibril irringrazzja wkoll lil Dr. Gonzi, li matul l-aħħar żmien kien f'kuntatt regolari miegħu, għall-appoġġ u l-għajnuna tiegħu lill-poplu Libjan u lill-Kunsill Nazzjonali ta' Transizzjoni. Dr. Jibril wera x-xewqa li jżur Malta fil-qrib sabiex iwassal personalment ir-ringrazzjament u l-apprezzament tal-poplu Libjan.
Stqarrijiet Oħra:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006