STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHAT-TURIZMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Proċess ta konsultazzjoni huwa fl-interess pubbliku hu ma għandux jiġi mxekkel minn logħob partiġġjan
Proċess ta’ konsultazzjoni huwa fl-interess pubbliku u dan ma għandux jiġi mxekkel minn logħob partiġġjan. Ħasra li minkejja l-fatti, il-Kelliem Laburista għall-Ambjent u Zvilupp Sostenibbli, Leo Brincat jibqa’ jinsisti li joħloq dubji mibnija fuq premessi zbaljati u fil-proċess saħansitra jipprova jiskredita proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li hu fl-interess tal-istess pubbliku.
Għax minkejja illi:
§ Il-Bord tal-MEPA, fl-20 ta’ Mejju 2009 kien approva l-applikazzjoni għal zvilupp tal-estensjoni ta’ 144 MW ghall-Power Station ta’ Delimara kien stabilixxa li l-għoli taċ-ċmieni kien reserved matter u huwa parti mill-process ghall-hrug tal-permess maghruf IPPC (Integration Pollution and Prevention Control)
§ Il-kriterji biex tali permess joħroġ huma determinati minn regoli tal-Unjoni Ewropea.
§ Bħala parti mill-proċess u applikazzjoni tal-IPPC, fil-ġranet li gejjin l-Awtorita’ ser tniedi process ta’ konsultazzjoni pubblika li tirregola l-aspett operattiv tat-tali installazzjoni.
§ Il-permess IPPC ser jassigura illi l-Power Station ta’ Delimara topera skont id-Direttivi tal-Unjoni Ewropea filwaqt li tassigura li tali installazzjoni tkun skont prassi sodisfaċenti ta’ immaniggjar ambjentali.
§ Il-permess ser jassigura li l-EneMalta se tkun qeghda ssegwi d-direttivi tal-Unjoni Ewropea dwar emissjonijiet u l-immannigjar ta’ skart u hsejjes generati.
Il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika huwa parti mill proċess u applikazzjoni tal-IPPC u li sa mill-bidu nett kien hemm impenn ċar li jigu segwiti d-Direttivi u regolamenti tal-Unjoni Ewropea, ghalhekk li d-dikjarazzjoni tax-Shadow Minister Laburista hi mibnija fuq premessi zbaljati.
Hasra li Leo Brincat qed jirrikorri għal logħob partiġġjan li saħansitra wasslu biex anke jipprova jxejjen proċess ta’ konsultazzjoni pubblika liema proċess huwa fl-aħjar interess tal-pubbliku.
Fejn tidhol is-saħħa tal-familji Maltin, il-Gvern hu impenjat li jimxi b’għaqal, u b’rispett sħiħ lejn ir-regoli u Direttivi Ewropej. Zgur li l-Gvern mhux se jirrikorri għal logħob partiġġjan bħalma pprova jagħmel il-Kelliem Laburista Leo Brincat fl-istqarrija tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006