STQARRIJA TAL-MINISTERU GHAL GHAWDEX
It-Torċa tqarraq bil-qarrejja taghha u tipprova tallarma billi vvintat gidba
Il-Ministeru għal Għawdex jirreferi għal artiklu li ġie ppublikat fit-Torċa u jikkundanna b’mod qawwi l-mod disonest li bih ipprova jallarma l-pubbliku, speċjalment f’materja relatata ma’ settur tant delikat u mportanti bħalma hu dak tas-saħħa.
Il-Ministeru għal Għawdex jiċħad kategorikament dak li nkiteb fl-artiklu u jassigura lill-pubbliku Għawdxi u lil kull min ser ikollu bżonn s-servizzi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ser jibqa’ jingħata servizzi dejjem aħjar kif dejjem sar sa issa.
Is-servizzi tas-saħħa huma ta’ prijorita’ fil-ħidma tal-Gvern. Huwa assurd li t-Torċa tallega li l-pazjenti mhux se jingħataw ikel meta mbagħad huwa fatt magħruf li l-istess pazjenti qed jingħataw b’xejn servizzi li jiswew ferm aktar flus minn dak tal-ikel.
Il-Ministeru għal Għawdex jassigura lill-pazjenti, lill-familji tagħhom kif ukoll lill-pubbliku li s-servizzi tal-ikel fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser jibqgħu jingħataw.
Ser jibqa’ wkoll għaddej ix-xogħol ta’ modernizzar fl-isptar generali ta’ Ghawdex. Dawn ix-xoghlijiet se jkomplu jtejbu l-faċilitajiet u l-ambjenti tal-isptar wara li f’dawn l-aħħar xhur beda jintuża d-Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid li ġie mgħammar b’apparat mill-aktar modern għas-servizz tal-pubbliku Għawdxi u dawk kollha li jkollhom bżonn servizzi tas-saħħa f’Għawdex.
L-artiklu tat-Torċa huwa qarrieqi bbażat fuq aġendi politiċi wżati rresponsabbilment.
Stqarrijiet Oħra:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006