KOMPETIZZJONI TA’ DISINN TA’ MONUMENT BIEX JAGĦTI ĠIEĦ LILL-EWROPA
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jistieden lill-artisti biex jipparteċipaw f’kompetizzjoni ta’ disinn ta’ monument li jagħti ġieħ lill-Ewropa.
Il-Ministeru jħeġġeġ lill-artisti ċittadini tal-Unjoni Ewropea biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva li għandha sservi biex l-artist ikollu aktar postijiet fejn jesponi t-talent tiegħu filwaqt li l-pubbliku jkun jista japrezza x-xogħol tal-artist. Dan il-Monument f’ġieħ l-Ewropa hu propost li jsir f’Ħal Luqa f’post milħuq minn kull min jgħaddi minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Għal aktar informazzjoni u l-ġbir tal-applikazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.mrra.gov.mt jew www.maltaculture.com. Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Ottubru 2011.
Dan il-monument hu wkoll parti minn pjan biex pajjiżna jkompli jissebbaħ b’opri t’arti fit-toroq. Din is-sejħa għal disinni artistiċi, tikkumplimenta sejħa li ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu biex jiżdiedu l-opri t’arti fit-toroq. Għal dan il-għan il-Gvern irċieva 19-il sottomissjoni. Biex tiżdied l-arti fit-toroq il-Gvern qed jinvesti mal-€50,000 bil-għan li nkomplu nsebbħu pajjiżna. F’dawn l-aħħar snin il-Gvern żied l-opri t’arti fil-miftuħ b’monument ta’ sajjied f’Xatt is-Sajjieda San Ġiljan, skultura artistika ta’ San Franġisk fiċ-Ċentru għall-ħarsien tal-annimali f’Ta’ Qali, skultura fuq it-tema tar-riħ fil-Park ta’ Xrobb l-Għaġin, monument iddedikat għas-sajjieda f’Marsaxlokk, monument interattiv iddedikat lill-Artisti Maltin f’Triq Bisazza Sliema u numru ta’ funtani artistiċi.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006