Left arrow Go Back

ĦIDMA FUQ ĊENTRU ĊIVIKU, ĠNIEN U SITT TOROQ RESIDENZJALI FIR-RAĦAL TA’ KERĊEM

pr1554
Date Icon 18/08/2011

Il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem, bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, għaddej b’ħidma biex ilesti x-xogħlijiet fuq Ċentru Ċiviku u ġnien pubbliku ġodda, kif ukoll fuq sitt toroq residenzjali.

Id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari Chris Said u mis-Sindku Ta’ Kerċem Joe Grima waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari għamel fil-lokalità.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li fil-qasam tat-toroq, il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem investa eluf ta' Ewro fi proġetti ta' toroq ġodda, fil-bini ta' water culverts kbar li eliminaw il-problema kbira tal-ilma li kienet tezisti fit-toroq taċ-ċentru tal-lokalità, u fil-bdil tas-servizzi kollha.  Issa permezz tal-iskema tal-Public Private Partnership għat-toroq residenzjali mħaddma mis-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali u anke mill-allokazzjoni annwali tal-Kunsill, f’Ta’ Kerċem beda x-xogħol fuq sitt toroq oħra.

Dawn huma Triq il-Ġojjin, Triq is-Summien, Triq Wenzu Mintoff, Triq il-Gamiem u Triq il-Ħorġ li jinsabu fil-Qasam tad-Djar.  Ix-xogħlijiet fi Triq is-Santwarju Puniku kważi tlestew. F'dawn il-proġetti qed isiru mains tal-ilma, servizzi tat-telefon u drenaġġ ġodda.  Wara li jkunu lesti dawn it-toroq, ikun baqa' triq waħda biss mingħajr tarmak f’Ta' Kerċem.

Sadanittant f’Ta’ Kerċem qed isir xogħol fuq Ġnien il-Familja li qed isir b’finanzjament permezz tal-Iskema għal Proġetti f’lokalitajiet żgħar. Dan il-ġnien kbir jinsab fi stat ta' kostruzzjoni fejn diġà nbena t-Teatru Grieg, sar ġibjun kbir għall-ilma, tfasslu l-passaġġi u nbnew uħud mill-ħitan tas-sejjieħ.  Il-Kunsill Lokali applika wkoll għall-finanzjament Ewropew sabiex ikompli jgħammar dan il-ġnien b’faċilitajiet oħra li huma neċessarji fosthom is-sistema kollha tad-dawl, l-istreet furniture, is-sistema tal-irrigazzjoni, siġar u xitel ieħor.

Fil-qalba ta’ Kerċem qed jinbena wkoll Ċentru Ċiviku li minnu l-Kunsill Lokali se jkun jista’ jibda joffri s-servizzi tiegħu lir-residenti. Ix-xogħol fuqu miexi b'ritmu mgħaġġel.  Qed isir ukoll ir-restawr tan-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu li qed ikun finanzjat mill-Kunsill Lokali u mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Ix-xogħol ta’ restawr diġà lest u din mistennija titpoġġa lura f’postha f’qasir żmien.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħar il-ħidma tal-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem li qed jirnexxielu jagħmel id-differenza fil-lokalità. Hu faħħar ukoll il-kollaborazzjoni li teżisti bejn il-Kunsill Lokali u l-Kumitat Amministrattiv ta’ Santa Luċija li qed jaħdmu id f’id għall-ġid tar-residenti tal-komunitajiet li jirrappreżentaw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow